Barranin
Għomor il-ħabs wara li nstabet ħatja bi qtil ta’ 10 persuni

Fil-Ġermanja, wara ħames snin ta’ ġuri, membru ta’ gang tan-neo-Nazi nstabet ħatja ta’ qtil ta’ 10 persuni li l-motivazzjoni tagħhom kienet minħabba r-razza.

Beate Zschäpe affaċċjat ġuri dwar il-qtil ta’ 8 Torok etniċi, Grieg u pulizija mara, li kollha saru bejn l-2000 u l-2007. Hija nstabet ħatja u weħlet sentenza t’għomor il-ħabs.

Zschäpe kienet tgħix f’Zwickau ma’ żewġt irġiel li mietu fl-appartament aktarx b’suwiċidju. Ġisimhom kien instab f’caravan maħruq li ntuża waqt serqa. Hija u ż-żewġt irġiel kienu jiffurmaw in-National Socialist Underground (NSU).

Flimkien ma’ Zschäpe 4 persuni oħra ntbagħtu l-ħabs minħabba li kellhom rabta mal-gang. Huma weħlu bejn sentejn u 10 snin ħabs.

Dan il-ġuri qed ikun meqjus bħala l-aktar wieħed li dam fl-istorja moderna tal-Ġermanja.