Enerġija
Għotja sa €3,000 għal min jinvesti f’sistema ta’ pannelli fotovoltajiċi

Tħabbru d-dettalji ta’ opportunità’ oħra lill-pubbliku biex jinvesti f’enerġija nadifa. Il-Gvern se joffri għotja sa massimu ta’ 3,000 ewro għal kull sistema ta’ pannelli fotovoltajiċi u feed-in tariff garantita għal 20 sena b’rata ta’ 10c5 għal kull unit.

Fi stqarrija mill-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma ntqal li b’hekk il-konsumatur se jkun qed jirkupra l-ispejjeż kollha tal-investiment li jagħmel fi żmien qasir filwaqt li l-pannelli jibqgħu jiġġeneraw enerġija nadifa għal snin wara.

Il-Ministru Michael Farrugia qal li fl-aħħar snin kien hemm żieda fl-iżvilupp ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, b’mod partikolari f’sistemi fotovoltajċi u għalhekk għal darb’oħra, il-gvern se jkun qed jagħti opportunità lir-residenti biex jinvestu f’enerġija aktar nadifa.

Qal li dan hu avvanz ieħor fl-implimentazzjoni tal-politika nazzjonali tal-gvern fis-settur tal-enerġija, fejn l-għan tal-gvern hu li jkompli jiżgura s-sigurtà, is-sostenibbiltà u l-affordabbiltà tal-enerġija f’Malta u biex jintlaħqu l-miri ambjentali dwar l-enerġija rinnovabbli tal-2020.

Il-Ministru Farrugia qal li jrid ikun hemm qafas mhux biss b’saħħtu iżda effiċjenti u kompetittiv billi jkomplu jitnaqqsu l-piżijiet fuq il-familji u n-negozji filwaqt li tkun assigurata arja aktar nadifa għaċ-ċittadini.

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lir-Regolatur għas-Servizzi tad-Dawl u l-Ilma, fejn wieħed jista’ jsib ukoll informazzjoni dwar skemi attraenti għas-settur kummerċjali.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista tilef vot ta’ fidċuja fil-grupp parlamentari wara laqgħa li damet għaddejja ħames siegħat. Madanakollu, f’konferenza tal-aħbarijiet eżatt wara għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ filgħodu, Dr Delia qal li mhux…

Edukazzjoni

L-Università ta’ Malta ħabbret li ċ-ċerimonji ta’ gradwazzjoni li kienu se jsiru f’Novembru u Diċembru li ġej jiġu posposti għas-sena d-dieħla minħabba l-inċertezza relatata mal-COVID-19. Ir-Rettur tal-Università, il-Professur Alfred Vella…

COVID-19

F’għeluq ir-raba’ xahar minn meta feġġ l-ewwel każ tal-coronavirus f’Malta, ir-rata ta’ trasmissjoni tal-virus minn persuna għall-oħra, l-hekk imsejjaħ R Factor, nizel għal 0.33, li jfisser li tliet persuni jistgħu…

Politika

L-Avukat Ġenerali rrefera għall-parir li huwa ta lill-Pulizija fis-16 ta’ Mejju 2016, u sostna li dan imkien ma rrakkomanda t-twaqqif ta’ xi investigazzjonijiet jew tal-ġbir ta’ provi kontra xi professjonisti,…

Aktar