Annimali
Għotja ta’ €150 għal min jadotta kelb jew qattus

Min jaddotta kelb jew qattus minn santwarju tal-annimali jew mid-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Annimali se jirċievi għotja ta’ €150 mill-Gvern. Fit-tnedija tal-iskema, is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet tal-Annimali, Clint Camilleri, qal li persuni b’passat ta’ moħqrija tal-annimali mhumiex eliġibbli għal din l-għotja.

Id-Direttur għall-Ħarsien tal-Annimali, Noel Montebello, qal li l-Pulizija jressqu l-Qorti madwar 20 persuna kull sena mixlija b’moħqrija ta’ annimali. Is-Sur Montebello qal li bl-emendi fil-liġi, id-drittijiet tal-annimali qed jitħarsu aħjar.

“Żdiedu l-multi, żdiedet l-approach meta nikkonfiskaw l-annimali, fejn qabel trid tikkonfiska l-annimal u jdum għandek sakemm jinqata’ l-każ. Issa le. Issa jista’ jiġi adopted mill-ewwel.”

Il-Maltin jaddottaw medja ta’ 700 kelb u qattus fis-sena. Is-Sur Montebello qal li dawn l-annimali huma parti mill-2,000 annimal fis-sena li uffiċjali tal-Animal Welfare jiġbru mit-toroq.

“Ħafna jkunu mtajrin, dehydrated, mard u minn hemm jiskatta l-proċess tagħna tar-rescue. Ir-rescue huwa 24/7. Fil-fatt kull annimal li niġbru ntellgħuh direttament l-APH fejn jingħata patient number u jingħataw l-kura neċessarji jiġifieri fosthom operazzjonijet.”

Bl-għan li jinċentiva lin-nies jaddottaw minflok jixtru annimali domestiċi, il-Gvern qed jagħti għotja ta’ €150 lil min jaddotta kelb jew qattus mid-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Annimali jew mis-santwarji tal-annimali. Kull residenza hi eliġibbli għal żewġ għotjiet.

Is-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri, qal li b’din l-iskema qed titwettaq wegħda elettorali. Spjega li l-għotja tingħata 6 xhur wara li l-annimali jkunu ġew addottati u jkunu saru l-verifiki meħtieġa. Il-Perit Camilleri qal li se jsiru spezzjonijiet għal għarrieda mill-uffiċjali tal-Animal Welfare biex jassiguraw li l-annimali addottati ikunu miżmuma tajjeb.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

L-Orkestra Filarmonika ta’ Malta se terġa’ tikkollabora ma’ DJ Tenishia għal kunċert bla ħlas, is-Sibt 25 ta’ Lulju, fi Pjazza San Ġorġ il-Belt. Il-kunċert TEMPO se jġedded il-memorja ta’ ħafna…

Infrastruttura

Malta miżgħuda mini li tul is-snin tħaffru għal skopijiet differenti, fosthom għall-produzzjoni tal-ilma tal-pjan. L-aktar popolari x’aktarx huma dawk f’Ta’ Kandja, iżda inqas magħrufa u x’aktarx isbaħ minħabba l-istat naturali…

Sport

Il-Covid-19 ħarbtet il-programm ta’ għadd ta’ attivitajiet sportivi, mhux l-anqas tad-dilettanti tal-karozzi. Is-Sibt li għadda, taħt dawl artifiċjali u b’żiffa ħelwa sajfija, mijiet inġabru fit-trakka tal-Assoċjazzjoni Sport Muturi Karozzi biex…

Politika

Id-deputati li stqarrew li m’għandhomx fiduċja f’Adrian Delia qalu li se jibqgħu determinati li jġibu l-bidla meħtieġa fil-Partit Nazzjonalista u fil-pajjiż. Qalu li għat-tieni darba f’ġimgħa ġie kkonfermat li Dr…

Aktar