Edukazzjoni
Għotja ta’ €25,000 mill-Fondazzjoni Lifecyle għal riċerka dwar ċesti mal-kliewi

Il-Fondazzjoni LifeCycle għamlet għotja ta’ €25,000 lill-Università għar-riċerka dwar ċesti li jitrabbew fil-kliewi. Riċerkaturi ser jagħmlu stħarriġ dwar il-ġenetika ta’ din il-kundizzjoni li tintiret fil-familji u twassal għal mard serju fil-kliewi.

Hu stmat li persuna minn kull 400 fil-gżejjer Maltin għandha l-kundizzjoni magħrufa bħala polycystic kidney disease.

Il-konsulent u Kap tar-Renal Unit fl-Isptar Mater Dei, il-Professur Emanuel Farrugia, spjega li din hi kundizzjoni li ħafna drabi tintiret fil-familja stess. Din tiżviluppa għoqod jew ċesti mal-kliewi bir-riżultat li ‘l quddiem il-kliewi jespandu u jitilfu l-funzjoni tagħhom.

Sal-lum m’hemmx kura għaliha u l-persuni jispiċċaw ikollhom jagħmlu d-dijalisi jew isirilhom trapjant tal-kliewi. Il-Professur Jean Calleja Agius spjegat li tim ta’ riċerkaturi, se jagħmlu screening ta’ persuni li għandhom din il-kundizzjoni fil-familja biex ikun magħruf x’inhu d-difett fil-ġenetika.

Huma se jagħtu pariri lil dawn il-persuni, anki f’każi ta’ koppji li jixtiequ li jkollhom it-tfal. Spjegat li din ir-riċerka hija kruċjali ukoll f’każ li qraba jagħtu organi lil xulxin.

“Jekk niġi biex nagħmel organ donation ta’ waħda mill-kliewi tiegħi, jekk jien ma nafx jekk inhix carrier jew le hemm riskju one li jien toħroġli u allura se nkun diġà tlift kilwa waħda u secondly jekk jien tajt dik il-kilwa lil ħija pereżempju u jien carrier lil ħija se toħroġlu xorta.”

Ir-Rettur tal-Università, il-Professur Alfred Vella tkellem dwar l-isfida biex ikun magħruf li fl-Università, minbarra t-tagħlim issir ħafna riċerka li teħtieġ ħafna fondi. Hu laqa’ dak li ddeskriva bħala att filantropiku lejn ir-riċerka mill-Fondazzjoni Lifecycle li ilha sa mill-1999 torganizza sfida annwali bir-roti f’pajjiżi differenti biex tiġbor fondi u tgħin pazjenti li jbatu minn problemi tal-kliewi sew mil-lat ta’ għarfien, trattament u anki riċerka.

Aħbarijiet Oħra
Kisbiet

Iċ-Chairperson tal-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà, Oliver Scicluna, u l-kumpanija Camilleri & Cuschieri Consulting Engineers, huma r-rebbieħa tal-Premju Monsinjur Mikiel Azzopardi għal din is-sena. Ir-rebbieħa tħabbru minn Fr Martin Micallef, Direttur…

Kronaka

Żewġ persuni ttieħdu l-Isptar Mater Dei, u oħrajn il-policlinic ta’ Ħal Kirkop, wara li għall-ħabta tat-tlieta ta’ wara nofsinhar, seħħet ħabta bejn ħames karozzi f’Ħal Luqa. Karozza tat-tip Ford Escort…

Politika

L-eks Chief of Staff Keith Schembri ssejjaħ fil-kwartieri ġenerali tal-Pulizija llum waranofsinhar, b’rabta mal-investigazzjoni fl-impjieg finta ta’ Melvin Theuma, l-intermedjarju fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Theuma xehed fil-Qorti li kien…

Edukazzjoni

Il-Malta Union of Teachers fakkret il-mitt sena mit-twaqqif tagħha permezz ta’ monument ġdid fil-Mall tal-Floriana. Il-monument juri tifla bil-qiegħda taqra ktieb. Warajha bieb miftuħ li jissimbolozzia l-kunċett ta’ moħħ li…

Aktar