Trasport
Għotja ta’ €9,000 jekk tiskrappja karozza antika u tixtri waħda elettrika

Il-Gvern ħabbar ħames skemi ta’ għotjiet varji marbuta mat-trasport, fosthom dawk għax-xiri ta’ vetturi elettriċi jew hybrid.

F’każ li wieħed jiskrappja vettura antika u jixtri waħda ġdida li tkun taħdem bl-elettriku jew tkun plug-in hybrid jingħata l-ikbar għotja ta’ €9,000. Għotjiet iżgħar jingħataw jew ma tiġix skrappjata karozza antika, jew jekk il-karozza mixtrija tkun użata.

Għotja ta’ €10,000 tingħata għal vetturi tal-ġarr ta’ passiġġieri bil-kiri jew b’kumpens li jkunu aċċessibbli għal persuni b’diżabbiltà.

Skema oħra tkopri t-tibdil tal-magni tal-karozzi biex jaħdmu bl-autogas u l-użu ta’ dual fuel systems fuq vetturi heavy duty li jaħdmu bid-diesel.

Hemm skema wkoll għal għotjiet fuq pedelecs, mopeds, u muturi b’rendiment baxx.

Agħfas hawn biex tara d-dettalji kollha ta’ dawn l-iskemi.