Trump
Gidba minn Papadopoulos ħelset lill-Prof Joseph Mifsud

L-Awtoritajiet Federali Amerikani qed jinsistu fil-Qrati Amerikani biex jieħdu passi kontra George Papadopoulos, ex membru tal-kampanja presidenzjali ta’ Donald Trump.

Il-Prosekutur speċjali Amerikan Robert Mueller li qed imexxi l-investigazzjoni dwar l-allegat indħil tar-Russja fl-elezzjoni Presidenzjali Amerikana, irrakkomanda sentenza ta’ sitt xhur ħabs għal George Papadopoulos.

Fost oħrajn, Papadopoulos instab li gideb lill-FBI f’Jannar tas-sena l-oħra meta qal li għamel kuntatt mal-Malti jgħix Londra Joseph Mifsud u li skont Papadopoulos kien qallu li r-Russi għandhom affarijiet x’jikxfu dwar Hillary Clinton li kienet ikkontestat kontra Donald Trump fl-elezzjoni Presidenzjali.

L-Awtoritajiet Federali Amerikani kienu anke tkellmu ma’ Prof Mifsud f’Washington iżda ma ħadux passi wara li nstab li Papadopoulos kien gideb dwar xi ntqal fil-laqgħa li kellu ma’ Prof Mifsud.

Ara wkoll:

Il-Professur Malti jiċħad l-involviment tiegħu fl-intriċċi elettorali Amerikani

Professur Malti jissemma b’rabta mal-kampanja elettorali ta’ Trump

Aħbarijiet Oħra
Reliġjon

Minn għadd ta’ knejjes ħarġu l-purċissjonijiet bil-vari tal-Ġimgħa l-Kbira. TVM żar il-Bażilika Kolleġġjata fl-Isla fejn segwa t-tħejjijiet li jsiru minn wara l-kwinti qabel ħarġet waħda mill-eqdem purċissjonijiiet li jsiru bħal-lum…

Stejjer Umani

Gesmond Micallef ilu għoxrin sena b’riskju għal ħajtu jmur idewwi nies midrubin serjament fil-gwerer. Ftit tal-jiem ilu, is-sur Micallef li huwa infermier ngħaqad ma’ tim mediku Franċiż biex idewwi nies…

Lokali

Għall-Knisja Kattolika l-qofol tat-tifkira tal-Passjoni u l-Mewt ta’ Ġesù ntlaħaq kmieni l-Ġimgħa waranofsinhar fil-knejjes kollha, bir-rakkont tal-Passjoni skont l-Evanġelista San Ġwann, l-Adorazzjoni tas-Salib, u t-Tqarbin. Minn għadd ta’ knejjes imbagħad…

Lokali

L-arti tal-fotografija magħquda max-xogħlijiet artistiċi tal-uħud mill-vari tal-Ġimgħa l-Kbira f’Malta nġabru fi ktieb li ġie ppubblikat fl-aħħar jiem. Passjoni – Merging Art and Faith huwa l-isem tal-ktieb li jiġbor fih…

Aktar