X

Ġieħ għoli l-kolazzjon ma’ din il-mara!

Raġel Eġizzjan ġie arrestat fl-Arabja Sawdija wara li tella’ filmat tiegħu nnifsu fuq il-midja soċjali waqt li kien ħdejn mara li kienet qed tiekol fuq il-post tax-xogħol.

Il-mara kienet liebsa n-niqab, u tidher bilqegħda ma’ skrivanija bil-kolazzjon quddiemha. Hija tidher tiċċajta mar-raġel li poġġa ħdejha u anki titimgħu ftit mill-ikel tagħha.

Ir-raġel ġie arrestat u mistenni jkun deportat, fejn ġie akkużat li kiser diversi liġijiet, fosthom li ħa x-xogħol liċ-ċittadini tal-Arabja Sawdija.

Fl-Arabja Sawdija n-nisa ma jistgħux jieklu ma’ rġiel li mhumiex qraba tagħhom, u jridu jpoġġu f’postijiet separati.

Kienu ħafna dawk li kkummentaw li minkejja li l-Arabja Sawdija qed tagħti sinjali ta’ progress fid-drittijiet tan-nisa, inċidenti bħal dawn jerġgħu jitfgħu lil dan il-pajjiż lura f’għajnejn il-komunità internazzjonali.

RA :