Edukazzjoni
Ġieli ssibha diffiċli biex tikteb bil-Malti?

Minn żmien għal żmien, il-moda tinbidel. U, bħalha, il-mudelli jmorru u jiġu wkoll. Il-mudelli tal-kitba, iżda, mhux talli ma jinbidlux, talli dejjem hemm biex jagħtuna daqqa t’id biex kemm jista’ jkun ikollna ħakma tajba tal-ortografija.

Fost ir-ruxmata verbi u nomi li jħaddan il-Malti, waħda mill-aktar kelmiet li jħobbu jagħmlulna l-bsaten fir-roti hija ‘żgħażagħ’. F’dan il-każ, tista’ taħdem fuq żewġ mudelli, ‘karkur’ jew ‘żarbun’. B’hekk, ‘żagħżugħ’ tinħadem fuq ‘karkur’ jew ‘żarbun’, u ‘żgħażagħ’ fuq ‘krakar’ jew ‘żraben’.

Il-kelma ‘sehem’ hija oħra fost dawk il-kelmiet li jħobbu jfixkluna. Bħal ‘xogħol’ u ‘xagħar’, ‘sehem’ jista’ jinħadem fuq ‘laħam’. B’hekk, ‘sehmi’ fuq ‘laħmi’, u ‘sehemhom’ fuq ‘laħamhom’.

Komdi hux? Trid paċenzja ta’ Ġob. Madanakollu, bi ftit attenzjoni tkun moħħok mistrieħ li qed tikteb Malti korrett. Wara kollox, il-Malti huwa wirt uniku li jagħtina identità. B’hekk, m’għandniex nitraskurawh.

Għal aktar tagħrif relatat mal-lingwa Maltija segwi ‘Ilsienna’, kull nhar ta’ Tlieta fis-7 ta’ filgħaxija fuq TVM. Jew, minn dan is-sit: https://www.tvm.com.mt/mt/tvmi/programmes/ilsienna/

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Fil-Kanada, raġel sar eroj f’belt twelidu, l-Alberta wara li sab soluzzjoni f’waqtha u salva tlitt ifrieħ ta’ qtates minn ħalq il-mewt. Il-qtates ġew abbandunati barra fis-silġ u kawża t’hekk kienu…

Televiżjoni u Radju

Illum, waqt ‘Sibtek’, daħk u emozzjonijiet mill-bidu sal-aħħar. Fost il-mistiedna, għadd ta’ kokijiet lokali magħrufa, fosthom Manuel Aquilina u r-raġel tiegħu Steve, Neil Darmanin, u Aaron Degabriele. Liema chefs, mistennija jisfidaw…

Edukazzjoni

Jisimgħu b’attenzjoni lill-ambaxxaturi tal-qari jaqrawlhom l-istejjer, l-istudenti tal-iskola Primarja taż-Żurrieq kienu l-protagonisti fit-tnedija ta’ ‘Qaritona Nazzjonali fl-iskejjel Primarji’ li għandha l-għan li żżid il-kultura tal-Qari. It-tielet edizzjoni tal-Qaritona Nazzjonali qed…

Ikel

Żaqqu jħobbha kulħadd, u mingħajr ikel ma joqgħod ħadd. Jekk titla’ s’Għawdex u tiffjakka, aktarx li terħilha s’għand il-Maxokk. Liema forn, ħafna drabi jkun mifqugħ sa ruħ ommu bin-nies, hekk…

Aktar