Kronaka
Ġiet minn Spanja b’aktar minn 9kg kokaina f’basket
Uffiċjali tad-dwana rnexxielhom jaqbdu mara Spanjola b’9.8kg kokaina moħbija f’basket.
Fi stqarrija, intqal li l-mara ġiet Malta minn Spanja u nqabdet meta l-basket li kienet qed iġġorr għadda mill-magna tal-x-ray u ħareġ li kienet qed taħbi l-kokaina f’qiegħ falz.
Passiġġier ieħor li kien qed jakumpanja lill-mara wkoll inqabad fil-pussess tad-droga kannabis u ecstasy.
Id-droga ġiet ikkonfiskata u mogħtija lill-Pulizija mentri l-passiġġieri ġew arrestati u mistennija jitressqu l-qorti fil-ħin li ġej.