Internet
Ġiet żvelata l-password…Iżda x’ġara?

Mal-medda tas-snin il-qasam diġitali għamel passi ta’ ġgant. Bla dubju, biddel bil-bosta l-mod ta’ kif ilkoll ngħixu. Fost l-oħrajn, dak li jkun sar juża l-mezzi soċjali kif ukoll l-internet biex b’mod regolari tinżamm kull xorta ta’ informazzjoni, fosthom data personali u dettalji tal-kont tal-bank għal meta tiġi bżonn biex tagħmel xi xirja tajba onlajn. Spiss, tisma’ li password tajba tmur fin-nofs u barra bid-daqq. Iżda, dan kemm hu minnu?

F’filmat maħdum minn Cyber Security Malta fi ħdan l-Aġenzija tal-Gvern għat-Teknoloġija tal-Informatika, il-MITA, ġie spjegat li kultant passwords siguri mhumiex biżżejjed. Intqal, li prattiċi ta’ sigurtà bħat-two-factor authentication joffru aktar sigurtà u serħan il-moħħ.

Fi ftit kliem, lil hinn mill-password, bit-two-factor authentication biex wieħed jaċċessa l-informazzjoni jkollu bżonn idaħħal kodiċi li jasallu jew li jkun iġġenerat fuq apps apposta minnufih. Kodiċi t’aċċess, li b’mod ġenerali jiskadi wara ftit tal-ħin.

Cyber Security Malta saħqet li l-kodiċi t’aċċess m’għandu jingħata lil ħadd fl-ebda ċirkostanza. Tat parir, biex f’każ li wieħed jirċievi notifika biex jiddaħħal dan il-kodiċi bla wieħed ikun saqsa għalih dak li jkun għandu jbiddel il-password tiegħu mill-aktar fis peress li l-password tkun ġiet żvelta u xi ħadd b’intenzjoni qarrieqa jista’ jipprova jaċċessa l-informazzjoni mistura.

Aħbarijiet Oħra

Wara li s-sena l-oħra, Duncan Laurence rebaħ il-Eurovision l-Olanda kienet ħerqana sabiex tospita u torganizza l-Eurovision 2020. Madankollu, minħabba l-COVID-19 il-pjanijiet ma marrux kif wieħed xtaq u stenna. Il-pandemija waslet…

Malli rat lil sidha se jaqbeż ma ħasbithiex darbtejn. Fl-aħħar jiem, qabel ma l-gżejjer Maltin sfaw milquta minn ħalbiet tax-xita bir-ragħad, iż-żagħżugħ Rabti Karl Micallef niżel sa Delimara mal-kelba tiegħu…

Studju li sar minn għaqdiet ambjentali jgħid li l-karozzi plug-in hybrids iħammġu sad-doppju u nofs ta’ dak li qed jiġi rreklamat mill-kumpaniji li jimmanifatturawhom. Testijiet tal-laboratorju kwotati mill-industrija jgħidu li…

Fl-aħħar xhur straordinarji bħal donnu kollox waqaf zoptu mil-lejl għan-nhar. Ilkoll, b’xi mod jew ieħor sfajna milquta mir-realtà bla preċedent li sibna rwieħna fiha fl-aħħar xhur. Għal uħud, jaf kollox…

Aktar