Safar
Ġimagħtejn kwarantina u swab test mandatorju għal Sqallin li jirritornaw minn Malta

Minn nhar il-Ġimgħa 14 ta’ Awwissu, Sqallin li jirritornaw minn Malta, jridu joqgħodu ġimagħtejn fi kwarantina u jridu jagħmlu swab test mandatorju.

Sqallija imponiet dawn ir-restrizzjonjiet fuq residenti tagħha li jirritornaw minn Malta, il-Greċja u Spanja, wara żieda fil-każijiet ta’ Covid-19.

L-aġenzija tal-aħbarjiet Ansa irrapportat li dawn ir-restrizzjonijiet ġew ippubblikati f’avviż legali iffirmat mill-gvernatur Nello Musumeci.

L-Isqallin li jirritornaw minn Malta, jridu jirreġistraw fuq is-sit “siciliacoronavirus.it” u jibqgħu d-dar fi kwarantina għal ġimagħtejn qabel jagħmlu swab test.

S’issa dan ma japplikax għal Maltin li jżuru Sqallija.

Aħbarijiet Oħra

Is-Segretarju Permanenti għall-Edukazzjoni, Frank Fabri qal li r-risk assessors li huma liċenzjati mal-OHSA, daħlu fl-iskejjel kollha biex jiċċertifikaw skola, skola hix tabilħaqq preparata għall-ftuħ fid-dawl tas-sitwazzjoni li ġabet magħha l-pandemija….

Waqt il-programm TVAM, is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci tkellmet dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19 fid-djar tal-anzjani. Il-Professur Gauci kkonfermat li llum naqbżu t-3,000 każ ta’ Covid-19 f’Malta. Tkellmet ukoll dwar l-importanza…

Matul il-jum tal-Ħadd inġabret is-somma ta’ €1,436,955 għal Dar Bjorn. Il-maratona ta’ ġbir ta’ fondi saret sabiex tinfetaħ it-tieni Dar Bjorn għall-pazjenti bl-ALS u kundizzjonijiet newroloġiċi. Il-maratona bdiet f’nofsinhar u…

Is-satelliti li hawn fl-ispazju fuq Malta jipproduċu informazzjoni utli dwar il-kurrenti tal-baħar u l-effetti li għandhom fuq il-kosta Maltija. Grupp ta’ riċerkaturi mill-Università ta’ Malta ħolqu sistema teknoloġika li permezz tagħha…

Aktar