Mużika
Giorgia Borg tniedi l-ġmiel ta’ diska li biha saħħret lill-ġurija ta’ ‘Britain’s Got Talent’

Il-kantanta Maltija Giorgia Borg għandha biss 12-il sena. Minkejja l-età pjuttost ċkejkna, f’April tas-sena l-oħra Giorgia ttantat xortiha b’kanzunetta oriġinali lil hinn minn xtutna fix-show ‘Britain’s Got Talent’ u f’kemm ili ngħidlek din l-għadma iebsa għelbitha qisha mhux hi. Leħinha, tant paxxa ‘l-widna tal-pubbliku li rnexxielha tisraq il-qlub tal-ġurija minnufih. Dakinhar, Giorgia ngħatat il-Golden Buzzer.

Illum, madwar sena u tliet xhur wara Giorgia qed tniedi l-kanzunetta ’10’, l-istess silta li biha rnexxielha tagħmel ‘il-Maltin u ‘l-Għawdxin kburin l-Ingilterra.

’10’ hija kanzunetta oriġinali li kitbet Giorgia stess. Għall-mużika, taha daqqa t’id Peter Borg tal-grupp Malti Red Electrick bil-għan li ‘l-kanzunetta tinżel aktar għasel mal-pubbliku.

Intant, Giorgia nediet websajt tagħha u donnha qed ixxammar il-kmiem hekk kif bi ħsiebha toħroġ aktar kanzunetti fil-futur qarib.

Il-vidjo mużikali ta’ ’10’ mistenni joħroġ madwar ħmistax oħra.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

L-għawwiema din is-sena wisq probabbli li qed jirnexxielhom jiskansaw xi tniggiża minn xi brama. Dan minħabba li l-klima sħuna ta’ din is-sena wasslet biex il-qatgħet ta’ bram jidħol qabel beda…

Sport

Fl-aħħar sena u nofs li ilu miftuħ l-iskatepark ta’ Birżebbuġa, l-isport tal-BMX ħa spinta fost iż-żgħażagħ tal-lokal u dawk tal-madwar. Anki jekk l-iskatepark kien kemm-il darba sors ta’ kontroversja minħabba…

Internet

Mal-medda tas-snin il-qasam diġitali għamel passi ta’ ġgant. Bla dubju, biddel bil-bosta l-mod ta’ kif ilkoll ngħixu. Fost l-oħrajn, dak li jkun sar juża l-mezzi soċjali kif ukoll l-internet biex…

Aktar