Politika
Malti elett Viċi-President f’kumitat tan-Nazzjonijiet Magħquda

Giovanni Buttigieg, Deputat Rappreżentant Permanenti għan-Nazzjonijiet Uniti, ġie elett bħala Viċi-President tal-Kumitat għall-Programm u Koordinazzjoni (CPC) tan-Nazzjonijiet Uniti, li Malta ġiet eletta fih f’Settembru li għadda.

Is-CPC huwa l-korp ewlieni responsabbli għall-ippjanar u l-prijoritizzazzjoni fin-Nazzjonijiet Magħquda, kif ukoll għall-valutazzjoni tar-riżultati miksuba.

Din il-pożizzjoni tkompli tafferma l-pożizzjoni ta’ Malta fil-Ġnus Magħquda, u hija parti integrali mis-sostenn ta’ Malta bi tħejjija biex isservi fil-Kunsill tas-Sigurtà fil-futur qrib.

L-aħħar darba li Malta okkupat din il-pożizzjoni kien fl-1971, meta pproponiet it-twaqqif ta’ uffiċċju tan-Nazzjonijiet Magħquda għall-ibħra, u biex tevalwa l-ħtieġa għal strateġija internazzjonali effettiva fl-ispazju tal-oċean.