Kostruzzjoni
Qed torqod fuq pultruna għax tibża’ li l-binja tal-ġirien tkompli tiġġarraf

Deċiżjoni mill-Qorti, li ordnat lis-sidien ta’ blokka li ġġarrfet fil-Mellieħa biex jagħmlu xogħlijiet bi spejjeż tagħhom, qajmet kontroversja, b’uħud iħossu din il-liġi inġusta fil-konfront ta’ min ikun għadu kemm tilef daru.

Fl-istorja iżda hemm vittmi oħra, moħbija fuq in-naħa ta’ wara tal-binja li ġġarrfet, li għadhom qed jgħixu fil-biża’ kuljum.

Il-familja Borg, li d-dar tagħha tmiss min-naħa ta’ wara mal-binja li ġġarrfet xahar ilu, qed tgħix fil-biża’ li l-kumplament tal-binja li għadha wieqfa, tigġarraf minn ħin għall-ieħor.

Dan peress li l-appoġġ li jifred il-binja li iġġarrfet minn mal-bitħa tal-familja Borg huwa mimli konsenturi.

Loredana Borg Agius qalet lil TVM, li l-perit imqabbad mill-familja wissihom li dan il-ħajt qiegħed fi stat perikoluż.

“Iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar qed jinfetħu x-xquq, iktar qed jidher saħansitra l-bricks issa, ġifieri inqala’ minn mal-apoġġ tal-binja biswit, u hemm il-bitħa tal-kunjata u l-maisonette ta’ ħdejh, kif taraw dik il-parti fejn hemm ix-xquq, dik qiegħda fil-periklu, mhux sular jew tnejn, imma tibqa’ tielgħa sa fuq nett,” spjegat is-Sinjura Borg Agius.

Fid-dar tal-familja Borg jgħixu koppja anzjana; Tony u Christina, flimkien ma’ binhom b’diżabbiltà.

Is-Sinjura Borg qalet li jiddispjaċiha ħafna għall-ġirien li tilfu darhom, iżda anki hi u familtha spiċċaw vittma tas-sitwazzjoni.

Minħabba l-periklu ta’ aktar tiġrif, ngħataw parir biex ma jużawx il-kmamar ta’ wara; il-kċina u kamra tas-sodda. Tgħid li mal-lejl ġieli tisma’ ħoss u tqum tiġri.

“Ilni ma norqod sew kemm ilha li waqgħet id-dar l-oħra, fuq pultruna qed norqod, għax hemm inħossni komda, li hu sigur. Nixtiequ li din is-sitwazzjoni tirranġa mill-iktar fis li tista’,” qalet is-Sinjura Borg.

B’qalb imtertqa, is-Sinjura Borg tittama li ma tispiċċax mirduma taħt darha qabel l-affarijiet jitranġaw.

Ara wkoll:

ARA: Il-mument li ġiet salvata l-mara mill-binja li ġġarrfet

Aħbarijiet Oħra
Sajd

Idejh jafu jinsġu l-qasab għan-nases, anke b’għajnejh magħluqa. Bis-sengħa tan-nases fid-demm, Ġanni Xuereb, magħruf bħala Ġanni l-Pipi, illum jgħodd iktar minn 90 sena, u għadu ma telaqx in-namra max-xogħol tiegħu, …

Edukazzjoni

Is-sajf wasal biex jintemm u dħalna fl-aħħar ġimgħa qabel ma jerġgħu jibdew l-iskejjel. Iżda x’inhuma s-sentimenti tal-ġenituri u l-istudenti dwar l-bidu tas-sena skolastika ġdida? TVM tkellem mal-ġenituri u l-istudenti. Mal-wieħed…

Lokali

Waqt l-aħħar tislima li ngħatat lil Enrica lbieraħ fil-knisja ta’ San Ġiljan, inġabru €10,000 għal Puttinu Cares. Enrica kienet tgħożż il-familja ta’ Puttinu li tant tawha kuraġġ u sabar waqt…

Edukazzjoni

The Rotary Malta Clubs are calling for applications from residents of Malta wishing to pursue a post-graduate degree. The scholarship offered to Maltese residents is worth $ 30,000 and is…

Aktar