Barranin
Ġirja kontra l-ħin biex isalvaw tifel li waqa’ ġo bir fond fi Spanja

Uffiċjali Spanjoli kkonfermaw li tifel ċkejken ta’ sentejn jinsab maqbud f’bir fond u dejjaq, wara tfittxija li saret mis-servizzi tal-emerġenza, li sabu pakkett ħelu u tazza minn tiegħu fil-bir.

Il-media Spanjola qalet li t-tifel, li jismu Julen, intlemaħ jaqa’ fil-bir li huwa 25 ċentimetru wiesgħa u madwar mitt metru fond, hekk kif kien qed jakkumpanja lill-familja tiegħu waqt li kienu qed jippassiġġaw f’Malaga, fin-nofsinhar ta’ Spanja.

Jose Rosello, li huwa missier it-tifel, qal lill-ġurnalisti li huwa kunfidenti li t-tifel tiegħu jinstab ħaj. Il-ġenituri ta’ Julen diġà tilfu tifel f’inċident sentejn ilu.

Is-servizzi tal-emerġenza qed jużaw ukoll kameras biex jippruvaw jistabilixxu l-post eżatt fejn jinsab it-tifel iżda qalu li hemm blokok tal-ħamrija jimblokkaw l-aċċess.

Il-pulizija Spanjola ikkonfermat ukoll li l-membri ta’ kumpanija Żvediża li għenu fl-operazzjonjijiet ta’ salvataġġ ta’ 33 ħaddiema tal-minjieri Ċileni li kienu salvati wara 69 jum minn taħt l-art seba’ snin ilu, ukoll qed jagħtu daqqa t’ id fl-operazzjonijiet, filwaqt li qed ikunu studjati wkoll mezzi oħra kif il-bir jista’ jkun aċċessat minn postijiet oħra.

Aħbarijiet Oħra
Unjoni Ewropea

Wara li lbieraħ bdew jivvutaw l-Ingliżi u l-Olandiżi, illum kien imiss lill-Irlandiżi u ċ-Ċeki biex joħorġu jivvutaw biex jaħtru d-deputati Ewroparlamentari. Fir-Repubblika Ċeka l-votazzjoni maqsuma fuq jumejn bil-għan li t-turnout…

Barranin

Is-sajf fl-Italja mistenni jkun ikkaratterizzat minn temp estrem, b’perjodu ta’ nixfa u xita qalila. L-esperti tat-temp fl-Italja ltaqgħu dan l-aħħar f’Ruma u qed ibassru li l-istaġun sajfi se jkun kemmxejn…

Barranin

Raġel fl-Istati Uniti ġie arrestat wara li mara rrapportat lill-Pulizija li kien għaddiha biż-żmien u ħadilha $80,000. L-arrestat huwa John Martin Hill ta’ 35 sena, bil-mara tgħid li kienet iltaqgħet…

Barranin

Il-Prim Ministru Ingliża Theresa May ħabbret li se tirriżenja minn kap tal-Partit Konservattiv fis-7 ta’ Ġunju. Hi se tibqa’ fil-kariga ta’ Prim Ministru sakemm jintgħażel suċċessur fit-tmexxija tal-partit, possibiment sal-aħħar…

Aktar