Glen jirbaħ l-award ta’ tvm.com.mt

Bil-kanzunetta Breakawy, Glen Vella huwa r-rebbieħ tal-award tas-sit elttroniku tagħna www.tvm.com.mt. Il-kanzunetta hija kompożizzjoni ta’ Kevin Borg u Simon Gribbe. Il-kanzunetta ta’ Glen ma kinitx biss waħda ferriħija u mexxejja, iżda l-kantant ta wirja eċċezzjonali fuq il-palk. Kemm Glen Vella u anke Kevin Borg għandhom esperjenza kbira fl-industrija mużikali. Huma għandhom ukoll bosta ammiraturi. Glen kiseb 1,804 voti.

Il-kantanta Jessika, ir-rebbieħa tal-award tas-sena li għaddiet, waslet fit-tieni post bil-kanzunetta Fandango miktuba minn Gerald James Borg u kompożizzjoni ta’ Philip Vella. Il-wirja ta’ Jessika fuq l-palk meraviljuż fis-sit tax-shipbuilding kienet ukoll waħda ħajja u enerġetika, b’ilbies u korjografija mill-aqwa.