Televiżjoni u Radju
Glen Vella u Ron ilaqqtu kastig kiesaħ!

F’‘Serataron’ tal-lejla Elaine Saliba, il-kummidjant Ray Attard u r-rebbieħ ta’ ‘Mużika Mużika’ Glen Vella se jilagħbu verżjoni aktar kiesħa tal-logħba ‘Diski Jaħarqu’.

Illejla, se nsiru nafu daqsxejn aktar f’liema film kien ħa sehem Ray u kif Elaine kienet spiċċat libset dawk l-ingwanti roża fil-preżentazzjoni tal-Malta Eurovision Song Contest.

Illejla wkoll, se tirritorna l-logħba ‘Ġwarniċ Ċaflis’ li fiha dak li jkun irid jifqa’ wiċċu ġo gwarniċ tal-plastik u l-makkjetta tar-Ronnies, adattata skont il-mistednin preżenti, ma tonqosx.

‘Serataron’ jixxandar illejla fid-8.50pm fuq TVM.