Aġġornat: Ġlieda bejn ħames persuni wara talb fil-Moskea f’Raħal Ġdid

Raġel Sirjan kellu jiddaħħal l-isptar għall-kura wara li kien involut fi ġlieda ma’ ħames Sirjani oħra. Il-ġlieda nqalggħet f’nofs ta’ triq hekk kif is-Sirjani spiċċaw it-talb tal-Ġimgħa fil-Moskeo, f’Raħal Ġdid.

tvm.com.mt jinsab informat li f’din il-ġlieda li ġrat għall-ħabta tas-2.15 p.m. is-Sirjani bdew jitfgħu l-ġebel u dak kollu li ġie għal idejhom lil xulxin bil-konsegwenza li wieħed mill-persuni involuti spiċċa ntlaqat serjament. Persuni fuq il-post qalu li raw lir-raġel miksi bid-demm jirkeb vettura u jittieħed lejn l-isptar għall-kura.

Huma ħarbu minn fuq il-post hekk kif il-pulizija waslu biex jikkontrollaw is-sitwazzjoni. Madankollu huma ġew arrestati ftit tas-sigħat wara.

 

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Persuna ttieħdet l-isptar għall-kura wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Qala, f’Għajnsielem, Għawdex. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sitta u nofs ta’ dalgħodu meta għal xi raġuni l-persuna tilfet il-kontroll…

Tfal

Aktar minn 60 tifel u tifla li jattendu l-iscouts ta’ Tas-Sliema ngħataw opportunità oħra biex jiffurmaw il-karattru tagħhom filwaqt li jitgħallmu għadd ta’ ħiliet neċessarji għall-ħajja. It-tfal bħalissa qed iqattgħu…

MEUSAC

Fl-aħħar stħarriġ tal-opinjoni pubblika fl-Unjoni Ewropea, 82% tal-Maltin intervistati qalu li jħossu li huma ċittadini tal-Unjoni. U 76% minnhom qalu li jixtiequ jkunu jafu aktar dwar id-drittijiet tagħhom fl-Unjoni Ewropea….

Aktar