Kronaka
Ġlieda bejn għadd imdaqqas ta’ nies fil-Kalkara

Il-Pulizija ssejħu biex jassistu f’argument li nqala’ viċin il-bajja tar-Rinella fil-Kalkara.

TVM infurmat li l-ġlieda bdiet ftit wara l-5.30pm, u fiha kien hemm involuti mal-10 persuni.

Xhieda fuq il-post osservaw persuni bi ġrieħi f’wiċċhom, iżda ħadd ma deher midrub serjament.

Ambulanza ssejħet fuq il-post. Mhux magħruf jekk intużawx xi armi.

Iktar dettalji mal-ħin.