Kronaka
AĠĠORNAT: Żagħżugħ iweġġa’ gravi fi ġlieda bejn 9 irġiel

Żagħżugħ ta’ 23 sena sofra ġrieħi gravi f’idu wara li kien involut fi ġlieda li seħħet bejn disat irġiel Sirjani.

Iż-żagħżugħ ta’ 23 sena ittieħed l-isptar Mater Dei fejn ġie ċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi, waqt li l-oħrajn marru ċ-ċentru tas-saħħa ta’ Raħal Ġdid minħabba xi ġrieħi ħfief li soffrew.

L-etajiet ta’ dawn id-9 Sirjani jvarjaw minn 21 sa 32 sena. Il-ġlieda seħħet l-Erbgħa filgħaxija fi Triq Bjaġju Galea, Ħal Tarxien.

Fil-ġlieda ntużaw ħadid u skieken. Il-persuni ġew arrestati minn membri tar-Rapid Intervention Unit li assistew ukoll lill-persuna midruba sakemm waslet l-ambulanza mill-Isptar Mater Dei.

L-istħarriġ tal-Pulizija għadu għaddej.