Qorti
Ġlieda f’San Ġiljan swiethom qares

Rapport li daħal fl-għassa ta’ San Ġiljan nhar il-Ħadd dwar xeba’ li qala’ Albaniż ta’ 32 sena, wassal biex il-pulizija arrestat u resqet il-Qorti żewġ Serbi, Nenad Anic, ta’ 39 sena li joqgħod il-Mellieħa u Nemanja Vicicevic, ta’ 31 sena li joqgħod l-iMsida.

Huma kienu akkużati li darbu serjament lill-Albaniż, ħebbew għalih, li kissru l-paċi pubblika u li ħadmu bħala uffiċjali tas-sigurtà mingħajr m’għandhom liċenzja.

Vicicevic kien akkużat ukoll b’pussess tad-droga kannabis u kokaina f’ċirkostanzi li ma kinetx għall-użu personali u li kien f’distanza ta’ 100 metru fejn jiltaqgħu ż-żgħażagħ.

L-akkużi b’rabta mad-droga saru wara tfittxija li l-pulizija għamlet fir-residenza tiegħu fl-Imsida. Waqt it-tfittxija, fir-residenza mar Aleksandar Petrovski ta’ 42 sena mill-Macedonja u minn tfittxija li saret fuqu, nstab fil-pussess ta’ droga kannabis, kokaina u ecstasy.

Petrovski li ilu 13-il sena f’Malta, kien akkużat bi traffikar ta’ droga u li kien f’distanza ta’ 100 metru fejn jiltaqgħu ż-żgħażagħ. Huwa wieġeb li mhux ħati tal-akkużi iżda ma għamilx talba għall-ħelsien mill-arrest. Il-Qorti ordnat l-iffriżar tal-assi tal-akkużat.

Iż-żewġ Serbi ntant talbu l-ħelsien mill-arrest u filwaqt li l-Qorti laqgħet it-talba ta’ Anic fuq depożitu ta’ €500 u garanzija personali ta’ €5,000, ma laqgħetx it-talba ta’ Vicicevic minħabba l-akkużi tad-droga.

Aħbarijiet Oħra
Elezzjoni

Ir-Renju Unit u l-Olanda huma l-ewwel pajjiżi li bdew jivvutaw fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew. Se jkunu kważi 427 miljun ċittadin tat-28 pajjiż tal-Unjoni Ewropea (UE) li se jivvutaw bejn illum u…

Elezzjoni

F’attività oħra fil-Fgura l-Erbgħa tard filgħaxija, il-Mexxej Laburista rrefera għad-dibattitu bejnu u bejn il-Kap tal-Oppożizzjoni u qal li matulu Adrian Delia kkonferma kemm il-Partit Nazzjonalista tilef lilu nnifsu. Fost affarijiet…

Elezzjoni

Il-Prim Ministru u l-Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat qal li hu l-iktar prim ministru li reħa poteri minn idejh. Dr Muscat qal li l-prim ministri kollha ta’ qablu kellhom aktar…

Aktar