Kurżitajiet
Ġlieda kontra l-ħin biex isalvawha

F’Delhi, l-ambjentalisti qegħdin jiġġieldu kontra l-ħin biex isalvaw tajra rari li għandha munqarha magħluq b’biċċa plastik.

It-tajra hija ċikonja sewda li għal xi raġuni spiċċat b’biċċa plastik madwar munqarha li qed ixekkilha milli trejjaq lilha nfisha.

Skont l-esperti, it-tajra tista’ tixrob iżda mhux tiekol kawża tal-plastik li qed jgħalqilha ħalqha. Huma qed jipprovaw jaqbdu t-tajra biex ineħħulha l-plastik iżda qalu li l-operazzjoni ta’ salvataġġ hija ġlieda kontra l-ħin.

Huma qalu li, jekk ma jaqbdux lit-tajra fil-ħin li ġej, se tmut bid-debbolezza. L-ambjentalisti qed jittamaw li ma jkollhiex aktar enerġija ttir biex ikunu jistgħu jaqbduha u jagħtuha l-kura meħtieġa.

It-tajra ntlemħet fis-7 ta’ Ġunju.

 

 

Aħbarijiet Oħra
Temp

Meta jaħkem il-maltemp, ħafna nies ifittxu l-irdoss ta’ darhom, u għalhekk ftit huma dawk li jirnexxielhom jaraw il-pajsaġġ Malti mixgħul u mdallam mill-elementi. Għadd kbir ta’ ritratti li ttieħdu fl-aħħar…

Waqt il-Kafé

WAQT IL-KAFÉ… ma’ Joe Julian Farrugia   Fil-ktieb “Fuq il-Għajn ta’ San Bastjan”, Kilin isemmi kif kienu jinġabru fuq is-Sur tal-Imdina f’Santa Marija biex jaraw in-nar tas-seba’ rħula fejn jiċċelebraw…

Kurżitajiet

Fiċ-Ċina, tifel ħarab lil missieru fi stazzjon tal-ferroviji ta’ Xiaolan, fil-belt ta’ Zhongshan.  Meta suppost kellu jgħaddi mill-kontrolli tas-sigurtà tal-istazzjon, il-missier ma sabx lil ibnu u beda jinkwieta. It-tifel instab…

Barranin

Qed ikun meqjus bħala miraklu meta t-tarbija, li meta kienet għadha prematura waqfitilha qalbha għal 22 minuta, iċċelebrat l-ewwel għeluq sninha. Lacey Sherriff, li twieled ta’ 27 ġimgħa tiżen 635…

Aktar