Ambjent
Ġnien Spencer fil-Marsa se jiġi rranġat u se jiżdiedu s-siġar

Tnieda l-proġett għal tisbiħ u riġenerazzjoni fi Ġnien Spencer qrib Triq Diċembru Tlettax, l-Marsa.

Il-Ministru għall-Ambjent, Jose Herrera, qal li l-proġett se jsir b’investiment ta’ iżjed minn miljun ewro, u jikkonsisti f’tisbiħ u manutenzjoni. Qal li dan se jsir biex ibiddel wiċċ il-ġonna li minħabba li jinsabu fi stat ta’ telqa u qed jattiraw attivitajiet abbużivi, l-iżjed bil-lejl,

Qal li dan il-ġnien, li se jservi bħala spazju miftuħ għall-Marsin, il-Ħamruniżi u r-residenti tal-madwar, jagħmel parti mill-proġetti ta’ spazji miftuħa mnedija mill-Gvern li jsarrfu fi kwalità ta’ ħajja aħjar għall-familji.

Qal li l-ġnien se jsir fuq medda ta’ art b’kobor ta’ 3,000 metru kwadru, u se jkollu pavimentar ġdid, żieda sostanzjali ta’ siġar u arbuxelli, Se jkunu mqiegħda wkoll għamara bħal siġġijiet u bankijiet biex jitgawdew minn dawk kollha li jagħmlu użu minn dan l-ispazju, partikolarment it-tfal.

Aħbarijiet Oħra
Partit Nazzjonalista

Il-laqgħa tal-Grupp Parlamentari t-tieni waħda fi ftit jiem, qed tiżvolġi wara laqgħa mqanqla tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista li ntemmet tard ilbieraħ billejl. Pierre Portelli stqarr li dak li ġara fil-laqgħa…

Partit Nazzjonalista

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia kien l-uniku wieħed barra Pierre Portelli li tkellem fi tmiem il-laqgħa tal-Eżekuttiv tal-Partit u stqarr li ser jagħmel proposti lill-Grupp Parlamentari għat-triq ‘il quddiem. Huwa…

Qorti

Taljan ta’ 44 sena li joqgħod San Pawl il-Baħar ġie mixli b’serq aggravat bi vjolenza fuq anzjan ta’ 77 sena. Il-każ seħħ fl-aħħar tax-xahar l-ieħor minn stabbiliment fi Triq il-Ħġejjeġ,…

Lokali

Il-President George Vella qal li għandu riservi serji dwar il-legalizzazzjoni tal-marijuana rikreattiva. F’konferenza tal-Fondazzjoni Oasi, il-President stqarr li l-kannabis tista’ tkun ta’ benefiċċju għal skop mediku, iżda appella għal kawtela…

Aktar