Teknoloġija
GO tniedi servizz ta’ WhatsApp għall-klijenti

Kuljum, biljun persuna tibgħat ħames biljun messaġġ permezz ta’ WhatsApp kif ukoll żewġ biljun messaġġ bil-vuċi jew b’vidjow madwar id-dinja. Liema persuni, iqattgħu madwar 195 minuta fuq WhatsApp kull ġimgħa. Pjattaforma, li nxtrat minn Facebook sitt snin ilu għal $19-il biljun.

Iż-żieda fil-popolarità ta’ WhatsApp wasslet lill-kumpanija GO biex tuża din il-pjattaforma bil-għan li l-klijenti jkunu jistgħu jikkomunikaw mal-kumpanija u jressqu l-mistoqsijiet tagħhom.

Kull ġimgħa, GO twieġeb eluf ta’ messaġġi li jaslu fuq il-pjattaformi kollha tagħha b’mod speċjali fuq il-Facebook Messenger u l-Live chat. Mil-lum ‘il hemm, lil hinn mit-telefonati, il-klijenti jistgħu jagħmlu kuntatt ma’ GO permezz ta’ Whatsapp fuq in-numru 79707970. Mezz, daqstant ieħor konvenjenti u aċċessibbli biex dak li jkun jikkuntattja lir-rappreżentanti tal-kumpanija bil-kumdità kollha.

Il-klijenti jistgħu jikkuntattjaw lil GO permezz ta’ WhatsApp billi jagħfsu fuq il-link message us on WhatsApp jew billi jiskennjaw il-QR code minn fuq is-sezzjoni ‘Contact Us’ fuq is-sit ta’ GO.

Aħbarijiet Oħra

Il-mewt ta’ mijiet ta’ ljunfanti f’daqqa fil-Botswana iktar kmieni din is-sena qajjem tħassib għal din l-ispeċi fl-Afrika li diġà tinsab fir-riskju tal-estinsjoni. Huwa kkalkulat li bejn Mejju u Ġunju mietu…

Balena magħrufa bħala ‘humpback’ li kienet spiċċat fi xmara mimlija kukkudrilli fl-Awstralja, issa rnexxielha tmur lura fil-baħar. Il-balena ntelmħet fin-Northern Territory ġimgħa ilu, u qanqlet biża’ li se tinkalja jew…

Fil-Jum Dinji tat-Tindif, l-attivitajiet f’Malta kienu ffukati biex iwasslu messaġġ dwar il-ħsara li jagħmel il-plastik fil-baħar. Minn attivitajiet ta’ tindif f’erba’ bajjiet popolari, f’għodwa waħda nġabru ‘l fuq minn 150…

Illum fis-18:15 fuq TVM ser ikunu qiegħed jintwera programm bil-kanzunetti li għaddew għall-finali tal-Malta Junior Eurovision Song Contest 2020.  F’dan il-programm ser naraw 12-il kanzunetta li ġew interpretati live quddiem…

Aktar