Lokali
Godfrey Farrugia jivvota tliet darbiet mal-Gvern fuq estimi finanzjarji

L-estmi finanzjarji ta’ għaxar aġenżiji tal-Gvern kienu approvati mill-Kamra tad-Deputati bil-membri tal-Gvern jivvutaw favur u dawk tal-Oppożizzjoni kontra bl-eċċezzjoni tad-Deputat tal-Partit Demokratiku Godfrey Farrugia jivvota mal-Gvern fl-approvazzjoni tal-estimi finanzjarji ta’ erba’ aġenżiji tal-Gvern.

Id-Deputat Farrugia vvota mal-Gvern fl-approvazzjoni tal-Baġit tal-Awtorità għall-Ħarsien u s-Saħħa fuq il-post tax-xogħol, tal-Awtorità tad-Djar, tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u tal-Jobsplus,

Id-Deputat Godfrey Farrugia vvota wkoll mal-Gvern fl-approvazzjoni tat-tieni qari tal-abbozz ta’ ligi li jwaqqaf l-Aġenżija Infrastruttura Malta mressaq mill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg. L-abbozz ġie approvat b’36 vot favur u 28 vot kontra.

Il-Membri tal-Gvern ċapċpu lid-Deputat Farrugia kull darba li ddikjara l-vot tiegħu favur il-Gvern.

Il-Kamra tad-Deputati approvat ukoll l-emenda mressqa mill-Whip tal-Gvern Byron Camilleri li emendat il-mozzjoni tal-Oppożizzjoni dwar ir-rapport tal-Parlament Ewropew dwar il-ħasil tal-flus u l-evazzjoni tat-taxxa mressaq mid-Deputat Kap David Agius.

L-emenda mressqa mid-Deputat Laburista Camilleri kien approvata b’35 vot u 29 vot kontra.

Intant, il-Kamra tad-Deputati approvat bi qbil bejn iż-żewġ naħat it-tieni qari tal-abbozz ta’ liġi li jemenda l-ordinanza dwar it-tneħħija tal-kontroll fuq id-djar.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Hekk kif diversi parroċċi qed jiċċelebraw il-festa ta’ San Marija, f’diversi rħula lbieraħ kien hemm wirjiet spettakolari tan-nar. Fl-Imqabba lbieraħ kien hemm spettaklu li paxxa l-għajnejn ta’ dawk li raw…

Edukazzjoni

Żgħażagħ u adolexxenti mis-Salesian Brigade u grupp ta’ żgħażagħ Franċiżi qed jikkampjaw f’ambjent nieqes mill-kumditajiet bil-għan li jitgħallmu affarijiet bażiċi tal-ħajja. F’din l-esperjenza qed ipoġġu fil-prattika t-tagħlim dwar il-ħarsien tal-ambjent…

Ġurnali

Din hija ħarsa ħafifa lejn l-istejjer fuq il-faċċata tal-ġurnali tal-lum l-Erbgħa 15 t’ Awwissu: Il-ġurnali kollha dalgħodu jirrapppurtaw it-traġedja li seħħet ilbieraħ f’Genova l-Italja fejn ċediet parti mill-Pont Morandi li…

Lokali

Il-Partit Nazzjonalista qal li r-reputazzjoni tas-settur tas-servizzi finanzjarji mhix tittieħed bis-serjetà. Fi stqarrija qal li l-iskiet tal-Gvern u l-FIAU dwar kif il-President Veneżwelan u persuni qrib tiegħu allegatament ħaslu b’…

Aktar