Google twissi lill-utenti tal-Gmail biex jibdlu l-passwords

Miljun ta’ utenti tal-Gmail qegħdin jintalbu jibdlu l-password tagħhom wara li s-sit tal-Google kien iħħekkjat meta ġew żvelati bosta dettalji ta’ kontijiet onlajn.

Rapporti fil-midja intenazzjonali qalu li l-hackers irnexxielhom jiżvelaw madwar ħames miljun account u passwords fuq websajt intitolata Bitcoin Security, sit popolari Russu.

L-accounts kompromessi jidher li huma Ingliżi, Russi u Spanjoli u li 60% minnhom huma attivi.

Il-passwords mhux biss jagħtu aċċess għall-Gmail, iżda għal servizzi oħrajn ta’ Google, bħalma huwa Drive u s-sistema ta’ pagament bil-mobile Google Wallet.

Dan il-każ seħħ ftit tal-jiem wara li għadd ta’ personalitajiet, fosthom l-attriċi Jennifer Lawrence u Lea Michele kellhom ritratti intimi tagħhom żvelati mill-kontijiet li kellhom fuq l-iCloud. Dawn ir-ritratti ġew ippubblikati wkoll fuq l-Internet.

Svetlana Anurova, rappreżentanta tal-Google kkonfermat li l-kumpanija kienet konxja ta’ ksur fis-sistema tas-sigurtà tagħhom u tat il-parir lill-utenti biex jibdlu l-passwords.

Huma taw il-parir ukoll biex jadottaw żewġ sistemi ta’ verifika, fosthom miżura ta’ sigurtà fejn l-utenti jintalbu jipprovdu passcode li jintbagħtilhom fuq il-mowbajl tagħhom qabel jagħmlu xi bidla fl-account tagħhom.

Kelliem għal Google qal lill-websajt The Next Web: “Is-sigurtà tal-informazzjoni tal-utenti tagħna hija prijorità kbira għalina. M’għandniex evidenza li s-sistema tagħna ġiet kompromessa, iżda kull meta niġu konxji li xi kontijiet ġew kompromessi, aħna nieħdu passi biex ngħinu lil dawk l-utenti jassiguraw il-kontijiet tagħhom.”

Aħbarijiet Oħra

Il-Qorti Kriminali ordnat l-iffriżar tal-assi kollha tal-eks chief of staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Keith Schembri, ta’ martu, tal-Managing Partner ta’ Nexia BT Brian Tonna, ta’ Karl Cini u ta’ għadd…

Wara li l-ġimgħa li għaddiet bdew jiċċirkolaw ritratti fuq il-midja soċjali ta’ żewġ persuni fuq is-saqaf ta’ karozza tal-linja fil-Ħamrun, issa qed jiċċirkola wkoll filmat ta’ żewġ ġuvintur fuq saqaf…

L-ispazju hu biċċa uġigħ ta’ ras ukoll fil-mużewijiet. Fil-Mużew Nazzjonali tal-Arti, MUŻA, fil-Belt hemm kollezzjoni ta’ riżerva fejn jinżammu bosta oġġetti preġjati li iżda mhemmx spazju fejn jiġu esebiti –…

Imnedija t-30 edizzjoni tal-Malta Journalism Awards, bi 18-il kategorija maħsuba biex jippremjaw l-isforzi tal-ġurnalisti fil-ħidma tagħhom u fl-istess waqt ikompli jgħolli l-livell tal-ġurnaliżmu lokali.  Il-Kummissjoni Malta Journalism Awards fi ħdan…

Aktar