Kisbiet
Ġorġ Peresso jingħata l-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika

Ġorġ Peresso awtur, kittieb u poeta twieled fid-9 ta’ Settembru fl-1939 fil-Birgu u llum kien fost dawk onorati bil-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika waqt ċerimonja ppreseduta mill-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca.

Huwa ta kontribut siewi lill-Letteratura Maltija permezz ta’ poeżiji (Marzu sbejjaħ, il-Menqa, Għanja, Inżul ix-xemx, fost oħrajn), u diversi kotba bħal Vjola l-kulur tal-Imħabba, It-tifel tan-nanna, Ir-raġel ta’ WaħduIl-Qassis tal-Belt, fost oħrajn.

Peresso rebaħ diversi premji fosthom il-Premju Francis Ebejer għad-drammi fejn ittraduċa wkoll bosta drammi kemm mill-Ingliż, mill-Malti u mit-Taljan.

Peresso huwa meqjus wieħed mix-xandara ewlenin.

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

Mandy Vella li għandha 24 sena biss qed tgħix bi tbatija kbira minħabba li tbati b’Cystic Fibrosis. Hija tgħid li din qed taffettwalha l-pulmun u l-firxa, tbati bil-qtugħ ta’ nifs…

Avjazzjoni

Fl-istorja Maltija tal-avvjazzjoni, l-1969 ma kinitx l-isbaħ paġna. F’temp ta’ tliet xhur, nofs seklu ilu, seħħew żewġ disgrazzji tal-ajru b’ajruplani militari. L-istorja tagħhom hija fost kważi elf inċident tal-ajruplan li…

Lokali

Il-Fondazzjoni Blue Light, imwaqqfa mis-Surġent Simon Schembri mistennija tiftaħ l-ewwel dar tagħha biex tilqa’ fiha uffiċjali tal-forzi dixxiplinati li jweġġgħu waqt il-qadi ta’ dmirijiethom. Il-Ħadd filgħodu f’Ħal Safi saret attività…

Għawdex

Dalgħodu f’Dar Arka, Għajnsielem, saret quddiesa mmexxija mill-Isqof ta’ Għawdex, Mario Grech bħala talba ta’ radd il-ħajr lil Alla fi tmiem il-mandat tal-President Marie-Louise Coleiro Preca. Fi kliem il-President, l-Ewkaristija…

Aktar