COVID-19
Il-barranin li jixtiequ jirritornaw pajjiżhom se jkunu mgħejjuna mill-Gvern

Il-barranin f’Malta li jixtiequ jirritornaw pajjiżhom se jkunu mgħejjuna mill-Gvern biex jiġu ripatrijati b’titjiriet li se jsiru apposta bħala parti minn skema ta’ ripatrijazzjoni volontarja. Fi stqarrija, il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u Ewropej qal li t-titjiriet se jsiru fuq bażi umanitarja u l-Gvern se jissussidja parti sostanzjali minnhom.

Barranin li jinsabu f’Malta b’xoghol jew b’vaganza u jixtiequ jirritornaw pajjiżhom se jkollhom opportunità li jmorru lura bl-għajnuna ta’ skema ta’ ripatrijazzjoni li l-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u Ewropej qed jorganizza b’titjiriet issusidjati.

“The Maltese Government is now extending the call to all foreign nationals, who either are residing or who were here on a temporary visit, and who wish to be repatriated to their home country.

Il-Ministru Bartolo qal li l-iskema hi miftuħa kemm għal cittadini minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll għal dawk minn pajjiżi oħra li jinsabu f’Malta anke dawk li ghandhom il-permess biex jahdmu f’Malta.

“Individuals with or without an active work permit are also entitled for these flights”

Dawn l-individwi qed jintalbu jirreġistraw l-interess tagħhom li jużaw waħda mit-titjiriet li se jsiru fil-jiem u ġimgħat li ġejjin billi japplikaw fuq il-website tal-Ministeru sal-Ħadd 19 ta’ April. Il-Ministeru qal li d-dati ta’ dawn it-titjirieti se jitħabbru aktar tard u ma’ kull booking se jintalab ħlas nominali waqt li jekk il-persuna ma tmurx għat-titjira, tintalab tħallas il-prezz kollu tat-titjira.

Il-Ministru Bartolo qal li t-titjiriet kollha speċjalment dawk għal pajjiżi barra l-Unjoni Ewropea huma ssusidjati bil-kbir mill-Gvern Malti f’ġest umanitarju.

Aħbarijiet Oħra
Immigrazzjoni

Wara kważi erbgħin jum fuq il-baħar, il-Gvern Malti ddeċieda li jdaħħal f’Malta lill-immigranti li kienu qed jinżammu barra t-territorju Malti. Din id-deċiżjoni ttieħdet wara li s-sitwazzjoni fuq dawn il-vapuri saret…

Enerġija

L-istudju għall-impatt ambjentali għall-pipeline tal-gass bejn Malta u Sqallija ġie sottomess lill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, ERA, waqt li l-awtoritajiet kompetenti fl-Italja qed jiffinalizzaw l-istudji biex jiġi ppreżentat ukoll ir-rapport tal-impatt…

Stejjer Umani

Imweġġa’ bil-qtil brutali tal-Afro Amerikan George Floyd fl-Istati Uniti u bil-qtil razzista wkoll tal-immigrant Lassana Cisse s-sena li għaddiet, Martina Borg marret fuq il-midja soċjali b’messaġġ emozzjonali kontra r-razziżmu. It-tfajla…

Aktar