Għawdex
Gozo Channel b’tibdil fl-iskeda – vapur se jiddaħħal għall-manutenzjoni

Il-Gozo Channel qed tavża lill-pubbliku li l-vapur Mv Malita se jkun temporanjament indispost mill-operat minħabba li se jkun d-Dry Docks għal manutenzjoni skedata bejn l-Erbgħa 9 ta’ Jannar sal-Ħamis 31 ta’ Jannar 2019.

Fi stqarrija, il-kumpanija qalet li għalhekk biex il-kumpanija ttaffi l-immaniġjar tat-traffiku filgħodu, il-vjaġġi mill-Ħamis 10 ta’ Jannar  (bejn it-Tnejn u l-Ġimgħa), f’dan il-perjodu, se jsiru kif ġej:

 

Mġarr, Għawdex Ċirkewwa, Malta
04:45 05:15
05:30 06:00
06:00 06:30
06:30 07:00
07:00 07:30
07:30 08:15

 

Il-vjaġġi l-oħra se joperaw skont l-iskeda, iżda s-servizz jista’ jaqleb shuttle skont id-domanda tat-traffiku.