Lokali
Gozo Channel b’żieda ta’ 7.8% fil-passiġġieri

Fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena, il-Gozo Channel kellha żieda ta’ 7.8% fil-ġarr tal-passiġġieri bejn Malta u Għawdex.

Ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li bejn Jannar u Marzu, 1,121,000 passiġġier ivvjaġġaw bejn il-gżejjer fuq il-vapuri tal-Gozo Channel. Dan ifisser kważi 81,000 passiġġier aktar minn l-istess tlett xhur tas-sena l-oħra.

Fl-istess perjodu, il-vapuri tal-kumpanija ġarrew kważi 340,000 karrozza, żieda ta’ kważi 19,000 vettura fuq l-istess perjodu tal-2017.

Mill-istatistika joħroġ ukoll li l-kumpanija Gozo Channel fl-ewwel tliet xhur tas-sena żiedet il-vjaġġi bit-43 u għamlet 5,259 vjaġġ bejn Malta u Għawdex.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Sqalli ta’ 23 sena minn Tas-Sliema, ġie akkużat li kkawża ġrieħi ħfief lil anzjan u li kiser il-paċi pubblika fi Triq il-Kbira, Birkirkara. Francesco Raffreddato, li qal li jaħdem bħala…

Kronaka

Somalu ta’ 23 sena ġie akkużat li ħebb u hedded bil-mewt lil sidt ta’ ħanut tal-massaġġi fil-Marsa, li serqilha l-mobile u ammont żgħir ta’ flus kontanti. Il-prosekuzzjoni, immexxija mill-Ispetturi Spiridione…

Aktar