Lokali
Gozo Channel – MV Ta’ Pinu temporanjament barra mis-servizz

Il-kumpanija Gozo Channel qalet fi stqarrija li l-vapur Mv Ta’ Pinu se jkun temporanjament indispost mill-operat minħabba li se jkun d-Dry Docks għal manutenzjoni skedata bejn it-Tnejn 8 ta’ Jannar u t-Tnejn 29 ta’ Jannar 2018.

Fid-dawl ta’ dan, sar tibdil fl-iskeda tal-vjaġġi mit-Tlieta 9 ta’ Jannar (bejn it-Tnejn u l-Ġimgħa), fejn f’dan il-perjodu, il-vjaġġi se jsiru kif ġej:

Mġarr, Għawdex Ċirkewwa, Malta
04:45 05:15
05:30 06:00
06:00 06:30
06:30 07:00
07:00 07:30
07:30 08:15

Il-vjaġġi l-oħra se joperaw skont l-iskeda, iżda s-servizz jista’ jaqleb shuttle skont id-domanda tat-traffiku.

Il-kumpanija saħqet ukoll li hija kommessa li topera l-vapur Mv Malita biż-żewġ xkafef biex l-operat ilaħħaq mad-domanda tat-traffiku skont l-esiġenzi neċessarji.

Il-kumpanija qalet li l-arranġamenti jibqgħu fis-seħħ sakemm Mv Ta’ Pinu jkun lura fis-servizz u saħqet ukoll li kollox jiddependi mill-kundizzjoni tat-temp.