Trasport
Gozo Fast Ferry Service ġġorr 6,000 passiġġier fl-ewwel ġimgħa

Fl-ewwel ġimgħa mindu bdiet topera s-servizz tal-‘fast ferry’ bejn Malta u Għawdex il-kumpanija Gozo Fast Ferry Service ġarret madwar 6,000 passiġġier.

Il-kumpanija hija waħda minn tnejn li bdew joffru dan is-servizz bejn il-portijiet tal-Belt u l-Imġarr f’Għawdex.

Kienet il-kumpanija li ħabbret li mindu bdiet toffri dan is-servizz kienu 3,000 il-persuni li niżżlu l-‘app’ biex jixtru l-biljetti.

Il-kumpanija rrimarkat li ħafna nies kienu qed jużaw il-‘mobile app’ biex jixtru l-biljetti jew Tallinja card biex jevitaw li jibbukkjaw.