Lokali
Graffiti misterjużi ma’ Malta kollha – aktar mistoqsijiet milli tweġibiet

Messaġġi miżbugħa fuq propjetajiet pubbliċi u privati qed iqajmu tħassib dwar il-mottiv tagħhom. Waqt li xi rapporti qalu li dawn saru mis-Serbi, TVM Malta stħarreġ dwar dawn il-graffiti u l-lingwaġġ tagħhom.

Graffiti xi ftit misterjużi li jidhru li saru minn barranin u li ċċappsu ma’ bosta postijiet fi bnadi differenti ta’ Malta qed iqajmu aktar mistoqsijiet milli tweġibiet.

Fl-aħħar jiem ġie implikat li dawn qed isiru minn xi Serbi, b’messaġġ li juru rivalità li jista’ jkun hemm bejn komunitajiet Serbi. Madankollu, l-President tal-Komunità Serba f’Malta, il-kirurgu Predrag Andrejevic, qal li mhux ċert jekk dawn il-kitbiet humiex ta’ oriġini Serba għaliex inkitbu bl-alfabet latin u mhux dak ċirilliku.

“I am still not sure that this is Serbian graffitti. But it could be. I tried to copy this and understand the meaning. But it could be like anything from any other Slav languages, but all ex-Yugoslav countries write in Latin so it could be from there and maybe from other Eastern countries that write in Latin, even Albanian.”

Hu pprova jinterpreta wħud minn dawn il-messaġġi.

”If it reads as ofde it means here. If he interprets it as j in serbian language, it could mean let’s go. Ofde could mean i am here, or we are here. Naz could be a shorten of back. It is written quite nicely and smoothly, and to me they do not look like violent graffitti.”

Dr Andrejevic qal li l-graffitti fis-Serbja għandhom storja twila. Għal xi żmien kienu ċċensurati u aktar tard ingħataw spazji fejn jistgħu jsiru fil-qalba tal-kapitali. Il-kirurgu Serb li jaħdem l-Isptar Mater Dei, qal li f’Malta hawn madwar 2,500 Serb bil-permess tax-xogħol waqt li xejjen l-għidut li hawn xi 80,000.

“If that is the case we can elect a member of parliament.”

Ikkuntatjat minn TVM, is-Sindku tas-Sliema Anthony Chircop qal li dawn il-graffiti qed joħolqu ċertu ansjetà u anke saru rapporti lill-Pulizija. Mistoqsijiet mibgħuta lill-Pulizija dwar dawn il-graffiti baqgħu ma ġewx imwieġba sa x’ħin ġejna għal das-servizz.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia akkuża lill-Gvern li tilef ir-ruħ soċjali tiegħu, u li qed itellef lil pajjiż mill-fibra morali, tant li fi kliemu sar pajjiż li fih xi ħadd…

Politika

Il-Prim Ministru u l-Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat, qal li issa huwa ż-żmien biex ikun hemm diskussjoni serja dwar l-integrazzjoni biex kulħadd iħossu ugwali. Dr Muscat qal li dan huwa…

Kultura

Festival ta’ films kontemporanji Taljani se jkun organizzat bejn għada u l-Ħadd li ġej mill-Istitut Taljan tal-Kultura b’kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv u l-Programm għall-Istudji tal-Film tal-Università ta’ Malta. Cinema Italia…

Saħħa

Il-kumpanija tal-Gvern Malta Air Travel ippubblikat sejħa għall-proposti biex jinstab operatur għas-servizz tal-ajru bejn Għawdex u Malta. Fi stqarrija konġunta bejn il-Ministeru tat-Turiżmu u l-Ministeru għal Għawdex intqal li l-ħelikopter…

Aktar