Annimali
Granċ ġdid f’Malta – “L-invażjoni ikbar milli ħsibna”

Granċ mill-Oċean Indjan u l-Golf Persjan spiċċa fl-ibħra Maltin, bil-bioloġista marittimu Alan Deidun jiddikjara li l-invażjoni ta’ din l-ispeċi x’aktarx hija ikbar milli kien imbassar.

Dan il-granċ, li jġib l-isem xjentifiku Portunus segnis, huwa magħruf bl-Ingliż bħala ‘blue swimmer crab’, u kif jindika ismu, jingħaraf mill-kulur ikħal li għandu fuq partijiet minn ġismu.

Ftit tal-jiem ilu l-Professur Deidun wiegħed ħlas lil sajjieda jew għaddasa li jirnexxielhom jaqbdu 15 minn dawn il-granċijiet ħajjin, sabiex tkun tista’ ssir riċerka fuqhom.

Fi żmien qasir, sajjied irnexxielu jagħmel il-qabda mitluba, fejn tella’ 12-il speċi maskili u tlieta femminili, li kienu qed iġorru mijiet ta’ bajd.

Il-Professur Deidun qal li din il-qabda se tgħin biex ikun studjat l-effett li dawn il-granċijiet qed iħallu fuq l-ekosistema marittima madwar il-gżejjer Maltin.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia, qal li l-każ tal-qtil ta’ Raymond Caruana kien strumentali għall-matura fil-pajjiż. Dr Delia kien qed jitkellem f’attività fil-Gudja li fakkret it-33 anniversarju mill-qtil…

Qorti

Libjan ta’ 41 sena residenti x-Xagħra inżamm arrestat wara li ġie akkużat li nhar it-Tlieta li għadda, kien kompliċi ma’ persuna oħra f’attentat ta’ serq. Il-każ seħħ għall-ħabta tas-sitta ta’…

Qorti

Raġel ta’ 28 sena mil-Libja nżamm arrestat, wara li kien akkużat b’serq u li weġġa’ ħafif pulizija. Ir-raġel, li jgħix ir-Rabat, Għawdex, kien akkużat li fit-3 ta’ Diċembru, għall-ħabta tal-5.20pm,…

Qorti

Raġel ta’ 39 sena tressaq il-Qorti t’Għawdex, akkużat li lbieraħ, għall-ħabta tas-sebgħa ta’ filgħodu, għamel ħsara fuq vettura tal-għamla Vitz. Il-każ seħħ fi Pjazza Salvatore Busuttil f’Kerċem. Ir-raġel, li huwa…

Aktar