Lokali
Graziella u Fallon kienu qishom “ħabel u satal” – iċ-ċelebrant tal-funeral

Ħaż-Żabbar dalgħodu ta l-aħħar tislima lil Graziella u Fallon Mallia li mietu traġikament nhar il-Ħadd f’inċident tat-traffiku li seħħ fil-limiti tal-Mosta u l-Imġarr.

Graziella Mallia ta’ 53 sena li kienet qed issuq Maruti u bintha Fallon ta’ 31 sena li kienet passiġġiera tilfu ħajjithom f’ħabta head-on ma’ Audi li kienet qed tinstaq minn xufiera ta’ 31 sena.

Fi knisja ppakkjata bin-nies, Patri Joe Giuliano fl-omelija qal li Graziella u Fallon dejjem kienu jkunu flimkien u kull fejn kienu jmorru dejjem tara lil waħda u lill-oħra qishom ħabel u satal.

Fil-preżenza ta’ numru kbir ta’ Żabbarin li ħonqu s-Santwarju, il-Pirjol faħħar l-imħabba taż-żewġ nisa lejn it-tifel u n-neputi rispettivament matul ħajjithom u qal li l-aġir tagħhom għandu jservi bħala mudell ghalina lkoll li naghmlu l-ġid matul ħajjitna u mhux biss inħalluh wirt materjali lil ta’ warajna.

Kien hemm ukoll l-abbatini li magħhom it-tifel jagħti servizz regolari.  It-twiebet ta’ Graziella u Fallon waqfu għas-salut quddiem il-vara ta’ Sidtna Marija tal-Grazzja biex imbagħad ingħataw salut fuq iz-zuntier mis-Soċjetà Filarmonika Maria Mater Grazia ta’ Ħaż-Żabbar li magħha kienet iddoqq il-klarinett Fallon.

Gepostet von Jonathan Barbara am Mittwoch, 17. April 2019

Fl-inċident fatali ta’ nhar il-Ħadd kien hemm involuti 10 persuni b’kollox.  Fil-Maruti kien hemm ukoll omm Graziella, Lucy li għandha 77 sena u n-neputi tagħha Eli ta’ 12-il sena li ġew rikoverati l-isptar minħabba l-ġrieħi serji li sofrew.

Magħhom kien hemm żewġ passiġġiera oħra, raġel ta’ 44 sena li sofra minn ġrieħi gravi u mara ta’ 29 sena li ma sofriet ebda ġrieħi.

Fl-Audi kien hemm żewġt ibniet ta’ 11-il sena u 9 snin, kif ukoll tarbija ta’ sena li sofrew ukoll minn ġrieħi serji u qed jingħataw kura fl-isptar ukoll.

Ara wkoll:

Graziella u Fallon Mallia l-vittmi tal-inċident fl-Imġarr

“Ftit qabel l-inċident konna bilqiegħda ħdejn xulxin nisimgħu Quddiesa”

Aħbarijiet Oħra
Lokali

It-tifkira ta’ Lassana Cisse Souleymane, li kienet tpoġġiet fil-post fejn inqatel ġiet ivvandalizzata. Huwa kien inqatel kiesaħ u biered fit-triq li tagħti bejn Ħal Far u Birżebbuġa nhar is-6 t’April. B’rabta…

Lokali

Heritage Malta, flimkien mas-Sovritendenza tal-Patrimonju Kulturali Malti u l-Università ta’ Macquarie, f’Sydney l-Awstralja, qed iħabbru l-bidu ta’ proġett internazzjonali u interdixxiplinarju li jinvolvi l-istudju tal-kranji umani li nstabu ġewwa l-Ipoġew…

Qorti

Ir-raġel suspettat bl-omiċidju ta’ Charlene Farrugia mistenni jitressaq il-Qorti llum. TVM jinsab infurmat li huwa se jitressaq b’rabta mal-hold up li seħħ ftit tal-jiem ilu f’ħanut fil-Gżira. Dwar l-akkużi b’rabta…

Aktar