Kronaka
Graziella u Fallon se jingħataw l-aħħar tislima għada filgħodu

Iż-żewġ vittmi tal-inċident stradali tal-Ħadd filgħaxija fl-Imġarr se jingħataw l-aħħar tislima għada filgħodu.

Il-funeral għal Graziella Mallia ta’ 53 sena u bintha Fallon Mallia ta’ 31 sena se jsir fis-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja f’Ħaż-Żabbar fit-8.30 ta’ filgħodu.

Graziella u Fallon tilfu ħajjithom meta l-karozza li kienu fiha ħabtet ma’ karozza oħra fi Triq l-Imġarr.

Sadanittant, TVM infurmat li żewġ persuni oħra li kienu rekbin fl-istess karozza; iben Fallon ta’ 12-il sena, kif ukoll il-bużnanna tiegħu, Lucy Mallia ta’ 77 sena, għadhom qegħdin fil-periklu tal-mewt.

Ara wkoll:

Graziella u Fallon Mallia l-vittmi tal-inċident fl-Imġarr

“Jum qabel l-inċident Graziella ġiet tixtri u daħlet tiċċajta” – Antoine Bugeja