Lokali
Grazzi lil Reno Bugeja: Jirtira wara karriera ta’ 44 sena fl-aħbarijiet ma’ TVM

Il-ġurnalist veteran Reno Bugeja rrapporta għax-xogħol għall-aħħar darba mal-istazzjon nazzjonali wara karriera ta’ 44 sena. Is-Sur Bugeja se jirtira bl-età f’nofs dan ix-xahar wara li għall-aħħar seba’ snin mexxa l-Kamra tal-Aħbarijiet u hu wkoll l-editur tal-istazzjon.

Aktar kmieni llum, Reno Bugeja rrringrazzja lill-ġurnalisti, ħaddiema u t-tekniċi għall-koperazzjoni li sab tul 44 sena bħala impjegat max-xandir nazzjonali, partikularment fl-aħħar seba’ snin kemm ilu Kap tat-Taqsima tal-Aħbarijiet u Editur tal-istazzjon nazzjonali.

Hu rringrazzja wkoll lit-telespettaturi li b’lealtà u konsistenza baqgħu jsegwu l-aħbarijiet li tul it-tmexxija tiegħu laħqu udjenza rekord ta’ kważi mitejn elf telespettatur, skont stħarriġ tal-Awtorità tax-Xandir ppubblikat ftit tal-jiem ilu.

Tul il-karriera tiegħu, Reno Bugeja pproduċa u ppreżenta għadd ġmielu ta’ programmi u dokumentarji fuq ir-radju u t-televiżjoni li għalihom ġie ppremjat b’madwar 15-il award mill-Awtorità tax-Xandir u l-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin.

Ħadem dejjem fl-aħbarijiet kemm għar-radju kif ukoll għat-televiżjoni u kien involut fir-rappurtaġġ ta’ ħafna mill-ġrajjiet li sawru l-istorja ta’ pajjiżna f’aktar minn 40 sena u ta’ ġrajjiet oħra internazzjonali.

Ismu jibqa’ sinonimu mal-produzzjoni tas-sensiela ta’ programmi “Ġganti tas-Seklu” li trattaw bijografiji ta’ Maltin li għamlu isem fis-seklu l-ieħor; programmi ta’ analiżi ekonomika b’mod speċjali l-appuntament annwali mal-budget; u fl-aħħar 11-il sena l-programm ta’ ġrajjiet kurrenti: DISSETT li matulu ġew diskussi wħud mill-aktar kwistjonijiet u ġrajjiet kurrenti jaħarqu, u li bl-istil u l-mistoqsijiet tas-Sur Bugeja tqanqlu aktar dibatitti, azzjonijiet u kontroversji.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Mistoqsija dwar jekk trabi għandhomx jitlibbsu maskri, Prof Gauci qalet li tfal taħt 3 snin m’għandhomx jitlibbsu l-maskra għax din tista’ tkun ta’ periklu għalihom. Dan qalitu meta kienet qed…

COVID-19

Il-Partit Nazzjonalista qal li jinsab infurmat li l-kumpanija Gozo Channel għad m’għandhiex sistema adegwata biex tara li fuq il-vapuri u fit-terminals, il-passiġġieri josservaw il-miżuri ta’ prevenzjoni mill-COVID-19 li ħabbar il-Gvern…

Kultura

Minn issa ‘l quddiem waħda mill-isbaħ xeni tal-Port il-Kbir tista’ titgawda minn fuq il-bejt ta’ Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, fil-Belt. Dan hekk kif fi tmiem il-ġimgħa saret l-inawgurazzjoni ta’ dan il-proġett…

COVID-19

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci, qalet li minn meta daħal fis-seħħ l-avviż legali l-ġimgħa li għaddiet, diġà nħarġu ħames multi ta’ €3,000 ‘l waħda għal organizzaturi ta’ attivitajiet, restoranti…

Aktar