Stejjer Umani
“Grazzi mhix biżżejjed għal li għamel miegħi Benny”

Joseph Borg magħruf bħala Ġorġ tad-Downuts qal li jibqa’ grat għal għomru għal Benny Casha għax kien hu li investa fih biex qabad il-ħajja tat-teatru. Benny Casha, id-direttur ta’ Bronk Productions miet għal għarrieda fl-età ta’ 48 sena, fil-ħanut tiegħu stess Viri’s take away fil-Kalkara.

Benny Casha magħruf bħala tal-Bronk u Joseph Borg magħruf bħala Ġorġ tad-Downuts kienu ħobża u sikkina u Ġorġ kien fost l-aħħar nies li tkellem ma’ Benny meta ftit qabel miet għal għarrieda, ħadlu pizza mill-ħanut tiegħu fil-Kalkara.

Benny u Gorg ħadmu flimkien kemm fil-qasam teatrali, fosthom fil-pantomimi tal-Milied, fi programmi televisivi u films Maltin. Sigħat wara l-aħbar tal-mewt ta’ Benny, Ġorġ għadu ixxukkjat.

Joseph qal “bħalissa bla kliem, nixtieq li ħolma, noqros lili nnifsi, kien hu li bdieni 20 sena ilu, bis-saħħa tiegħu, investa ħafna fija, anki flus”

Ġorġ tad-Downuts qal li Benny kien determinat f’kull proġett li daħal għalih. “Ma kien jaqta’ qalbu minn xejn, jekk irid jasal hawn, jasal, nammira u se nibqa’ nammira u niftakru għaliha.”

Żied jgħid li  Benny Casha se jħalli warajh vojt kbir. Mistoqsi dwar x’se jiġri mill-futur ta’ Bronk productions, qal li għadu kmieni wisq iżda jemmen li Benny żgur ikun jixtieq li Bronk Productions tibqa’ għaddejja. Qal li f’isem tant atturi li ngħataw ċans minn Benny ried iwassal messaġġ.

“Grazzi qas hija biżżejjed li wassalni fejn jien illum..jekk hemm kelma ikbar minn grazzi” qal Ġorġ.

Benny ma kienx biss mitħla tad-dinja tal-ispettaklu u anke tal-karnival iżda wkoll interess qawwi fil-klabbs sportivi u kien attiv fil-klabb tar-regatta u tal-boċċi tal-Isla u anke fis-Soċjetà Mużikali Sant’ Antnin f’B’Kara. Benny ħalla warajh lil martu Angie u tliet itfal u legat ta’ tbissima bix-xogħlijiet tiegħu.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia akkuża lill-Gvern li tilef ir-ruħ soċjali tiegħu, u li qed itellef lil pajjiż mill-fibra morali, tant li fi kliemu sar pajjiż li fih xi ħadd…

Politika

Il-Prim Ministru u l-Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat, qal li issa huwa ż-żmien biex ikun hemm diskussjoni serja dwar l-integrazzjoni biex kulħadd iħossu ugwali. Dr Muscat qal li dan huwa…

Kultura

Festival ta’ films kontemporanji Taljani se jkun organizzat bejn għada u l-Ħadd li ġej mill-Istitut Taljan tal-Kultura b’kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv u l-Programm għall-Istudji tal-Film tal-Università ta’ Malta. Cinema Italia…

Saħħa

Il-kumpanija tal-Gvern Malta Air Travel ippubblikat sejħa għall-proposti biex jinstab operatur għas-servizz tal-ajru bejn Għawdex u Malta. Fi stqarrija konġunta bejn il-Ministeru tat-Turiżmu u l-Ministeru għal Għawdex intqal li l-ħelikopter…

Aktar