Stejjer Umani
“Grazzi tal-kilwa papà”

Tifel ta’ sitt snin twieled b’kumplikazzjonijiet fil-kliewi, tant li sa issa kellu jagħmel tlettax-il operazzjoni.

F’dawn il-jiem iċċelebraw għeluq it-tieni sena minn meta reġa’ twieled mill-ġdid wara li missieru tah kilwa u ċans jgħix mingħajr aktar tbatija.

Malli ltqajna ma’ Henry Mamo, bqajt impressjonat kemm hu enerġetiku. Ma riedx jieqaf jiġri. B’għajnejn żoroq li jkellmuk, qajla tinduna li t-tfajjel ta’ 6 snin kellu jagħmel 13-il operazzjoni minħabba kundizzjoni rari li affettwatlu diversi organi fosthom il-kliewi.

Ommu, Lorinda Mamo bilkemm laħqet ħaddnitu magħha meta twieled.”Waħda mill-bidu nett ma tantx kienet qed taħdem. Fil-fatt meta kellu 18-il xahar neħħewlu waħda u l-oħra bdiet sejra lura.”

Ma setgħetx taċċettaha. “Fil-bidu qalu li l-kilwa li kien baqagħlu mhux qed taħdem u qalu jew imur fuq dialysis jew nibdew il-proċess għat-trapjant.”

Missieru, Randolph ma ħasibhiex darbtejn. Ried jagħti kilwa minn tiegħu lil ibnu. “Titlob u tispera li kollox imur u sew u kollox jaqbel biex it-tifel jieħu l-kilwa.”

Wara ħafna testijiet u qtigħ il-qalb, it-tobba ddeċidew li jsir it-trapjant. F’moħħ missieru, bdew jberrnu ħafna ħsibijiet.

“Tgħaddilek minn moħħok għax tibda taħseb għal ħafna affarijiet u waħda minnhom tkun jekk ma taqbilx, what’s the next step, x’jista’ jsir, x’se jiġri, jekk ikollu jagħmel dialysis tistax issir Malta jew le,” qal Randolph.

It-trapjant irnexxa u minn dakinhar għaddew sentejn. “Dan is-sajf, l-ewwel sajf li qattajnieh Malta. Hu ma jafx sajf.”

Henry ferħan se jtir bil-kilwa l-ġdida tiegħu. Staqsejna lil Henry x’għamlu bil-kilwa tiegħu. Din kienet it-tweġiba: “They threw it out in the garbage, but I don’t know how whether they have a garbage just for a kidney. That is super weird and crazy.”

Li kieku ma kinitx għad-donazzjoni tal-organi, ħajjet Henry kienet tkun differenti.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

“Għajnu Aħmar it-Tonn” jew “It-Tonn tal-Melliħin” kienet l-għajta tas-sajjieda Melliħin li sal-bidu tas-sittinijiet kienu jbiegħu t-tonn li jaqbdu bit-Tunnara. Is-sajd bit-tunnara nqata’ iżda fil-mużew tat-Tunnara fil-bajja tal-Mellieħa, għaqda volontarja Melliħija ikkonservat…

Pulizija

Fl-aħħar xahrejn, l-uċuħ ta’ erba’ Pulizija saru familjari mal-komunità tal-Mellieħa. Ir-residenti laqgħuhom u jqisuhom “ta’ ġewwa”. Dawn l-erba’ uffiċċjali jiffurmaw l-ewwel Community Policing Team fi proġett pilota mniedi mill-Korp. Intervistat…

Malta

Fil-Greċja, hemm madwar 3,500 persuna b’konnessjonijiet Maltin, il-maġġoranza f’Korfu fejn jgħixu Griegi b’nisel Malti li saħansitra jwasslu sar-raba’ u l-ħames ġenerazzjoni. Waqt żjara fil-Greċja, il-President George Vella ltaqa’ ma’ rappreżentanti…

Kisbiet

Imwieled Malta u emigra lejn l-Awstralja 44 sena ilu wara li gradwa mill-Università ta’ Malta dak iż-żmien kienet magħrufa bħala The Royal University of Malta. F’intervista ma’ TVM, il-Professur Stephen…

Aktar