Lokali
“Grazzi tas-sapport u l-imħabba li wrejtuni!” – Destiny

Il-kantanta Destiny Chukunyere rringrazzjat lil dawk kollha li emmnu fil-ħiliet artistiċi tagħha u li b’xi mod kinulha ta’ sapport matul il-Eurovision Song Contest.

Fuq Facebook, l-ambaxxatriċi Maltija qalet li tħossha tassew grata li kella l-opportunità li tmidd riġlejha fuq palk daqstant ta’ stoffa.

Destiny irringrazzjat, b’mod speċjali, lil dawk kollha li xammru l-kmiem u għenuha tikber, kif ukoll lill-familja tagħha li baqgħet warajha mill-bidu sal-aħħar. Destiny irringrazzjat ukoll lin-nannu tagħha, li minkejja li ġie nieqes xorta waħda ħassitu magħha.

Ilbieraħ Destiny ġiet ikklassifikata fis-7 post b’255 punt. Hija kisbet l-ogħla vot mill-ġurija esperta b’208 punti u 47 punt mit-televoting.