COVID-19
Greens Supermarket jiċħad allegazzjonijiet ta’ każi ta’ Covid-19 f’Għawdex

Greens Supermarket Limited ċaħad dawk li ddeskriva bħala allegazzjonijiet foloz dwar numru ta’ każi pozittivi ta’ Covid-19 fl-istabbilment ta’ Għawdex.

Fi stqarrija ntqal li l-management bi ħsiebu jieħu l-passi neċessarji kontra min qiegħed jiċċirkola dawn l-aħbarijiet foloz.

Greens Supermarket Limited qal li ser ikompli jżomm l-ogħla kriterji u miżuri matul il-pandemija biex jassigura l-protezzjoni tal-impjegati tiegħu u tal-klijenti mill-Covid-19.