Immigrazzjoni
Grupp ta’ immigranti jħallu Malta għal Franza

Grupp ta’ immigranti ħallew Malta għal Franza.

L-immigranti kienu ddaħħlu Malta mill-Forzi Armati ta’ Malta nhar is-7 ta’ Lulju u l-4 t’Awwissu. Huma kienu abbord il-vapur Alan Kurdi.

L-immigranti kienu mgħejjuna mill-awtoritajiet lokali, l-awtoritajiet tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Migrazzjoni u uffiċjali mill-Ambaxxata Franċiża f’Malta.

Il-proċess ta’ rilokazzjoni huwa r-riżultat ta’ ftehim ad hoc li kien sar bejn il-Kummissjoni Ewropea, Malta u membri stati oħra tal-Unjoni Ewropea.

 

Aħbarijiet Oħra
Partit Nazzjonalista

Waqt żjara fix-xelter tal-YMCA li għandu mat-30 resident, il-kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li r-realtà tal-faqar f’Malta, qiegħda tiżdied minkejja t-tkabbir ekonomiku tal-pajjiż. Dr Delia qal li l-Gvern għandu…

Xogħol

Fit-tieni kwart tas-sena, bejn April u Ġunju li għadda, Malta kellha t-tielet l-ogħla rata ta’ sejħiet għal impjiegi fis-suq tax-xogħol. Skont ċifri tal-Eurostat, il-postijiet tax-xogħol li kienu qed ifittxu l-ħaddiema…

Aktar