Immigrazzjoni
Grupp ta’ immigranti rilokati fi Franza

Grupp ta’ immigranti ħallew Malta biex jibdew ħajja ġdida fi Franza. Dan hu t-tielet grupp ta’ immigranti li ġew rilokati dan ix-xahar, b’immigranti oħra ntlaqgħu fil-Lussemburgu u l-Portugall.

Il-Ministeru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali qal li dan l-eżerċizzju qed isir bħala parti mill-impenn tal-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea biex jiġu rilokati għadd ta’ immigranti irregolari minn Malta.