Lokali
Grupp ta’ persuni b’nuqqas ta’ viżta u għomja juru solidarjetà mal-Membru Parlamentari Kevin Cutajar

Grupp ta’ persuni b’nuqqas ta’ viżta u għomja wrew solidarjetà mal-Membru Parlamentari Kevin Cutajar wara li din il-ġimgħa kien attakkat fuq il-midja soċjali minħabba d-diżabilità tiegħu.

Il-Visual Non Visual Network qal li filwaqt li hu grat għat-titjib li minn żmien għal żmien iseħħ biex titkattar l-isfida li l-ħajja ġġib fil-persuni u l-familji li jgħixu f’ambjent mudlam, argumenta li għad hemm ħafna aktar xi jsir biex is-soċjeta’ Maltija, tkun aġġornata.

F’konferenza tal-aħbarijiet quddiem il-binja tal-Kamra tal-Kummerċ fil-Belt, huma qalu li minkejja li d-diżabilità tagħhom, huma xorta għandhom ħiliet intraprenditorjali. Il-persuni talbu lill-Gvern biex jassigura iktar tisħiħ fid-drittijiet tal-persuni b’diżabilità.