Temp
Ġunju li għadda kien l-iktar sħun fi kważi 100 sena

Is-sħana li għamlet f’Ġunju kienet l-iktar waħda qawwija għal dan ix-xahar f’96 sena.

Fi stqarrija, l-Uffiċċju Metereoloġiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qal li f’Ġunju t-temperatura medja laħqet 26.3°C, u l-aħħar li kienet daqshekk għolja kien fl-1923. L-ewwel mewġa ta’ sħana laqtet lil Malta bejn it-8 u l-10 ta’ Ġunju, meta t-temperatura tal-ajru laħqet is-37.8°C.

Kif għaddiet il-mewġa tas-sħana tal-bidu tax-xahar, il-gżejjer għaddew minn żewġ perjodi ta’ sħana oħra, meta l-medja tal-ogħla temperaturi qabżet in-norma klimatika b’5°C għal jumejn infila.

Skont l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Meteoroloġija, it-temperatura medja li ġiet irreġistrata madwar l-Ewropa f’Ġunju qabżet il-medja b’2°C. B’hekk, Ġunju sar l-iktar wieħed sħun li qatt esperjenzat l-Ewropa.

Hawn Malta, Ġunju kien ukoll iktar niexef, hekk kif lanqas qatra xita ma niżlet fuq il-gżejjer matul ix-xahar kollu. Ġunju 2019 kien għalhekk wieħed minn erbgħa biss matul dawn l-aħħar 70 sena li ma rreġistrawx xita.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Waqt li hemm stennija għall-azzjonijiet li se jittieħdu mill-Gvern wara l-konsultazzjoni pubblika li saret fuq it-traffikar uman u l-prostituzzjoni, stħarriġ mill-programm INSIGHTS li jixxandar illejla fuq TVM, wera li l-prostituzzjoni…

Politika

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li min qed jinvestiga l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia għandu jkollu l-kuraġġ jasal sal-aħħar għax warajh se jsib l-appoġġ u d-difiża ta’…

Agrikultura

Skola fiż-żona “Taż-Żokrija” fil-Mosta li tifforma parti mill-Kulleġġ Maria Reġina għandha ċentru mnejn toffri lill-istudenti fl-aħħar tliet snin tas-sekondarja tagħlim fuq l-agrikoltura u t-trobbija tal-annimali. Mifrux fuq erbat elef u…

Aktar