Lokali
Ġuri jillibera Niġerjan – kien mixli b’kompliċità fi traffikar ta’ eroina

Intemm fil-Qorti llum ġuri li llibera lil Kenneth Duru, Niġerjan ta’ 44 sena mill-akkuż ta’ kompliċità fi traffikar ta’ droga eroina f’Ġunju tal-2010.

B’verdett ta’ seba’ voti favur u tnejn kontra, il-ġurija ma sabitx lin-Niġerjan ħati. Il-ġuri nstema’ quddiem l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera.

Flimkien ma’ persuna oħra, li wkoll kien allegatament involut fil-każ ma’ Duru, huma ħarbu lejn l-Italja fl-2018 ftit qabel kellu jibda ġuri fil-konfront tagħhom. Huma nġiebu lura Malta b’mandat t’arrest Ewropew.