Lokali
Ġurnal Taljan jiżvela aktar tagħrif dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia

Il-Pulizija qed ikomplu jżommu fommhom sieket dwar l-andament fl-investigazzjoni dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, anke għaliex legalment il-Pulizija hija projbita milli tagħti dettalji dwar l-investigazzjoni.

Madankollu issa anke il-media Taljana qed tiżvela informazzjoni allegatament mill-investigazzjonijiet li saru li wasslu biex tressqu tliet persuni l-Qorti.

Żewġ żbalji minn min kien ikkummissjonat li jwettaq id-delitt

Għalkemm għall-ewwel deher li kien delitt ippjanat sal-inqas dettall allegatament mill-aħwa George u Alfred Degiorgio flimkien ma’ Vince Muscat, il-ġurnal Taljan La Repubblica identifika mill-inqas żewġ żbalji li saru qabel u wara li seħħet l-isplużjoni ta’ bomba li qatlet lil Daphne Caruana Galizia.

Skont La Repubblica, li qed jikkwotaw żewġ sorsi differenti li kellhom aċċess għall-investigazzjonijiet, George Degiorgio, wieħed mit-tliet persuni akkużati bid-delitt, tefa’ l-ġebla fuq saqajh meta ftit ħin qabel kellu jibgħat SMS biex isseħħ l-isplużjoni, skopra li ma kellux credit fit-telefown ċellulari li kellu juża għad-delitt.

L-ewwel żball

Il-ġurnal jgħid li huwa nfurmat li bit-tieni smartphone li kien reġistrat fuq ismu, George ċempel lil ħabib tiegħu li għandu ħanut tal-mobiles biex jittoppjalu l-credit b’€5 ħalli jkun jista’ juża t-telefown ċellulari li minnu kellu jibgħat l-SMS li permezz tiegħu seħħet l-isplużjoni.

It-tieni żball

La Repubblica qed jallega li George Degiorgio bagħat SMS lill-mara wara li seħħ id-delitt ta’ Daphne Caruana Galizia li fih kiteb lil martu biex tiftaħlu flixkun inbid.

Hemm rabta bejn l-isplużjonijiet tal-bombi li seħħew?

Il-ġurnal Taljan ikompli jallega fl-artiklu li l-aħwa Degiorgio setgħu wettqu mill-inqas 8 splużjonijiet oħra bil-bombi għax jidher li minn qiegħ il-baħar tal-Port il-Kbir ġew irkuprati 8 telefowns ċellulari fl-operazzjoni ta’ tiftix mill-investigaturi.  Huwa mifhum li l-Pulizija Maltija għadha qed tara jekk hemmx rabta bejn dawn il-mobile u l-isplużjonijiet ta’ karozzi bombi oħra.

Tfittxijiet għall-provi fil-Port il-Kbir

Skont La Repubblica George iddispona minn kull oġġett li ntuża fid-delitt ta’ Daphne Caruana Galizia billi waddabhom f’qiegħ il-baħar fil-Port il-Kbir.

Il-Pulizija la ċaħdu u lanqas ikkonfermaw dawn ir-rapporti, iżda fi stqarrija għamluha ċara li l-mandati t’arrest kienu maħruġa mill-Maġistrat inkwerenti u sejħu bħala qarrieqa stqarrijiet li qalu mod ieħor.

L-ispekulazzjonijiet li ġew irrappurtati f’dawn il-jiem se jkunu magħrufa jekk seħħewx jew le meta probabbli l-ġimgħa d-dieħla tibda l-kumpilazzjoni tax-xhieda kontra l-aħwa Degiorgio u Vince Muscat li huma mixlija bid-delitt ta’ Daphne Caruana Galizia.

Ara wkoll:

Il-Pulizija kif waslu għall-arrest tas-suspettati tad-delitt ta’ Daphne Caruana Galizia?

 

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Kurja tal-Arċisqof tixtieq tavża li kull nhar ta’ Tnejn u nhar ta’ Erbgħa, l-Uffiċċju Żwigijiet ser ikun miftuħ bejn it-3pm u s-6pm. Fi stqarrija, l-Kurja qalet li l-Uffiċċju Żwiġijiet jiftaħ…

Lokali

Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ħabbret sensiela ta’ proġetti infrastrutturali ta’ aktar minn mitt miljun ewro li ser iżidu l-kwalità tal ilma, inaqqsu l-emissjonijiet, itejbu l-effiċjenza u jipproteġu l-ilma tal-pjan. Il-Kap Eżekuttiv…

Lokali

Christopher Bartolo li qed jiskonta sentenza ta’ ħames snin ħabs waqt li qed jirċievi kura intensiva minħabba kundizzjoni fil-kliewi, se jkollu jibqa’ jistenna biex il-Qorti tiddeċiedi jekk għandux jitħalla joħroġ…

Lokali

Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia ppreżenta kawża fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili kontra l-Prim Ministru, l-Avukat Ġenerali, l-Awtorità tal-Artijiet, il-Malta Industrial Parks u l-Vitals Global Healthcare biex il-kuntratt bejn il-Gvern u l-VGH…

Aktar