Barranin
Ġurnalista Afgana tinqatel fi sparatura f’Kabul

Ġurnalista prominenti Afgana u konsulenta tal-Gvern inqatlet fi sparatura f’Kabul nhar is-Sibt li għadda.  Fil-pajjiż qam furur kbir minħabba l-qtil kiesaħ u biered ta’ Mina Mangal, li kienet taħdem bħala preżentratriċi televiżiva qabel daħlet fil-politika.

Fi stqarrija, il-Ministeru tal-Intern Afgan qal li Mangal kienet fi triqitha lejn ix-xogħol bħala konsulent għall-kummissjoni parlamentari għall-affarijiet kulturali.  L-isparatura saret minn distanza fil-qrib nhar is-Sibt fis-7.20am (ħin lokali).  Il-Kap Eżekuttiv Abdullah Abdullah ħalef li jaqbad lill-qattiela.

Il-Qorti Suprema Afgana u gruppi tas-soċjetà ċivili, fosthom il-Kummissjoni dwar il-Vjolenza kontra n-Nisa qed jitolbu biex issir investigazzjoni serja dwar il-qtil tagħha.

Qabel inqatlet, Mangal ippubblikat fuq Facebook xi theddid li rċeviet u kienet qed tibża’ li se tinqatel.  Għalkemm għad mhux ċar x’wassal għad-delitt tagħha, mhux qed ikun eskluż li jista’ jkun li l-mara nqatlet minħabba diżgwit familjari.

Minn lista li tippubblika kull sena Reporters Without Frontiers jirriżulta li l-Afganistan huwa l-iktar pajjiż li fih inqatlu ġurnalisti s-sena li għaddiet.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-preżenza tal-mikroplastiċi fl-ilma li nixorbu ftit li xejn hija ta’ detriment għall-bniedem. Dan qalitu l-World Health Organisation (WHO) f’rapport li jassigura li dan ma jikkawżax ħsara lis-saħħa tal-bniedem. Skont ir-rapport,…

Barranin

Fil-Brażil, tkompli tisħon il-qiegħa bejn il-President Jair Bolsonaro u l-għaqdiet ambjentali. Dan wara li statistika tal-aġenzija spazjali turi li din is-sena, l-ikbar pulmun fid-dinja . . . l-Amażonja . ….

Barranin

F’Madrid, raġel spiċċa arrestat fuq akkużi li nemmes taħt id-dbielet ta’ aktar minn 550 mara u li ġibdilhom filmati biex tefagħhom onlajn. Ir-raġel huwa Kolumbjan ta’ 53 sena u qed…

Barranin

L-Ispeaker ta’ New Zealand ħa inkarigu mhux tas-soltu meta spiċċa jisqi tarbija waqt xogħol tal-Kamra. L-Ispeaker Trevor Mallard ħa f’dirgħajħ it-tarbija tad-deputat Parlamentari Tamati Coffey, li ħabbar it-twelid ta’ ibnu…

Aktar