Barranin
Ġurnalisti Franċiżi jagħtu fastidju lil nisa fuq Facebook

Diversi ġurnalisti Franċiżi ġew sospiżi u oħrajn imkeċċija dwar allegazjonijiet ta’ fastidju fuq in-nisa permezz ta’ grupp privat fuq Facebook.

League of LOL kienu jużawh biex jittantaw nisa, inkluż ġurnalisti oħra permezz ta’ ċajt sesswali u stampi pornografiċi.

Dan inkixxef permezz tal-ġurnal Libération wara li tkellmu diversi nisa. L-editur online ta’ Libération huwa wieħed mill-ġurnalisti li ġew sospiżi.

Qed ikun irrapportat li dawn il-ġurnalisti ħolqu profili anonimi fuq Twitter biex jagħtu fastidju lill-ġurnalisti, kittieba u attivisti nisa.

Il-freelancer, Vincent Glad, li wkoll jaħdem għal Libération ammetta li waqqaf dal-grupp fl-2009. Huwa ġie sospiż mill-ġurnal. Huwa talab appoloġija u qal li issa jagħraf li l-għemil tiegħu mhux aċċettabbli.

Il-Ministru Franċiż għall-Affarijiet Diġitali, Mounir Mahjoubi ddeskriva lill-membri ta’ League of LOL bħala telliefa.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-President Russu Vladimir Putin wasal fi Vladivostok għall-ewwel taħdidiet mal-mexxej tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong Un. Il-Mexxej Kim Jong Un wasal fil-belt Russa lbieraħ permezz ta’ ferrovija. Il-Gvern Russu qal…

Kurżitajiet

L-istilla ta’ Juventus u t-tim nazzjonali tal-Portugall Cristiano Ronaldo approfitta mir-rebħ tal-kampjonat mit-tim tiegħu u għall-Għid mar jiċċelebra mas-sieħba tiegħu Georgina fil-Kroazja. Waqt btala ta’ tliet ijiem f’Dubrovnik, spikka l-lussu…

Saħħa

Mara li sofriet minn ġrieħi serji f’moħħha wara li kienet involuta f’inċident ikrah tat-traffiku fl-Emirati Għarab Magħquda qamet minn koma li kienet fiha għal kważi 3 diċenji. Munira Abdulla kienet…

Barranin

Il-President tal-Filippini Rodrigo Duterte hedded lill-gvern Kanadiż bi gwerra jekk ma jiħux lura l-iskart li bagħtu fil-pajjiż. Mal-2,450 tunnellata skart intbagħtet lejn il-Filippini fl-2013 u l-2014 iżda meta sarulha l-ispezzjonijiet,…

Aktar