Kronaka
AĠĠORNAT: Il-Pulizija tintervjeni fi ġlieda max-xatt ta’ Birżebbuġa

Il-Pulizija arrestat żagħżugħ wara li nqala’ argument f’Birżebbuġa għall-ħabta tal-5.00pm.

TVM infurmat li għal xi raġuni nqala’ argument bejn 3 persuni; żewġ Sirjani u Malti, fl-inħawi tax-xatt ta’ Birżebbuġa.

Il-Pulizija mill-għassa tal-lokal kellha tintervjeni biex tikkalma s-sitwazzjoni.

Wieħed mill-ġuvintur ittieħed l-għassa biex jikkalma għax kien aġitat meta l-Pulizija marru fuq il-post, iżda iktar tard kien ikkonfermat li dan ma kienx involut direttament fl-argument. Il-Pulizjia għaddejja b’iktar stħarriġ fil-konfront tal-persuni l-oħra.